Reference: 2254/1995/1

Judgement Details


Date
01/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
ZERAFA ANTHONY ET NOE vs SACCO JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DIZABILITA` PERMANENTI - SFREGJU - DANNI, DIZABILITA` PERMANENTI FUQ RAGEL MINHABBA SFREGJU - DANNI, MULTIPLIER - PERSUNA LI TKUN TAHT L-ETA`
Summary
Hsara kawzata f'wicc persuna ma hijiex kwistjoni ta' hsara morali izda certament wahda ta' dannu u pregudizzju fiziku f'wicc l-istess persuna li certament thalli l-konsegwenzi taghha kemm fizici u kemm psikologici, u li wiehed jittratta tali dannu manifest u palez bhala kwistjoni merament ta' dannimorali hija, sottomissjoni mill-iktar simplicita' li tinjora ghal kollox il-valur ta' l-estetika umana fejn certament li l-apparenza ghandha il-valur taghha rejali, u wkoll vitali li jvarja skond in-natura ta' xoghol jew attivita' li jkun intraprenda jew jista' jintraprendi s-suggett in partikolari;dan apparti konsiderazzjonijiet ohra rilevanti dwar il-kwalita' ta' hajja ta' dak li jkun.

Trattandosi ta' dizabilita` permanenti minhabba sfregju, filwaqt li huwa veru li din it-tip ta' dizabilita` mhijiex ser twaqqfu milli jahdem, pero` taghlaqlu l-opportunita` ghal diversi possibbiltajietta' xoghol u ghalhekk ma jistax ma jigix ikkunsidrat l-aspett ta' lucrum cessans kif jidher li qieghed jippretendi l-konvenut.

Mhux legittimu li wiehed jezigi li min hu responsabbli ghall-incident ghandu jbiddel 'part' ta' karozza meta din ma tkunx tista' tissewwa b'mod perfett jew ghax il-vettura tkun gdida, imma li ma ghandu jaghmel tajjeb ghal xejn jekk min korra ser jibqa' sfigurat ghal ghomru ghax dan l-isfregju mhux ser jaffetwalu l-qliegh tieghu. Mhux korrett li dawn l-iscars jiguekwiparati ma "pain and suffering", kuncett pjuttost astratt u ntangibbli. L-iscars huma ghal kuntrarju hsara rejali u tangibbli li, fit-teorija, l-konvenut huwa tenut li jirrimedja ghaliha. Huwa veru li jista' jkun il-kaz li ma jigix kkundannat biex hekk jaghmel ghax hu fizikament u medikament impossibbli jew skonsiljabbli li hekk isir. Dan ma jfissirx pero' li b'daqshekk ma ghandhux jigi kkumpensat entro limiti ragonevoli ghall-hsara li garrab. Dan ukoll ghax anke sfregju simili jista' jkollu l-import ekonomiku attwali, ghax mhux biss jillimita certa attivita' redditizja, imma tista' tirrendi persuna inaccettabbli kemm oggettivament u kif ukoll soggettivament, sal-punt li b'xi mod jista' jinfluwenza negattivament fuq l-attivita' ekonomika potenzjali li ta' spiss hi generata f'inkontrita' svog u divertiment.

Il-Qorti hawnhekk applikat multiplier ta' 35 sena ghal persuna li kellha 6 snin fid-data ta' l-incident.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info