Reference: 192/1994/1

Judgement Details


Date
04/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
CAMILLERI MAURICE ET NOE vs TUFIGNO ROBERT DR. NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI, AZZJONI SABIEX JINZAMM KULL NEGOZJU DWAR BASTIMENT MERKANTILI - NATURA TA` L-AZZJONI - ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI, AZZJONI SABIEX JINZAMM KULL NEGOZJU DWAR BASTIMENT MERKANTILI - PERSUNA INTERESSATA
Summary
Ir-rimedju provdut mill-Legislatur fl-Artikolu 37 tal-Kap. 234 huwa wiehed ta' natura specjali, applikabbli fil-kamp marittimu. Ghalhekk ghalkemm fin-natura tieghu tali rimedju huwa wiehed kawtelatorju, b'daqshekk ma jikkostitwix wiehed mill-Atti Kawtelatorji ghall-finijiet tal-Kodici tal-Organizzazzjoni u Procedura Civili.

Jigi osservat ukoll illi dana r-rimedju partikolari, ghalkemm ma jaffettwax 1-operazzjonijiet kummercjali tal-bastiment koncernat stante illi ma jekwavalix ghal arrestxorta wahda huwa ta' effett konsiderevoli u ghalhekk arma potenti f'idejn min huwa disponibbli ghalih. Dan billi effettivament jipprojbixxi kull negozju fir-rigward tar-registru ta' bastiment u ghalhekk jaffettwa hwejjeg illi jigu registrati fir-registru tal-istess bastiment bhal ma huma l-bejgh jew xi mortgage talbastiment.

Id-dispost tal-istess Artikolu tal-ligi huwa redatt b'mod wiesa'hafna, tant illi l-ligi ma tillimitax in-numru jew il-kwalita` tal-persuni illi ghandhom id-dritt illi jirrikorru ghal dan ir-rimedju (izda taghmilha disponibbli a favur ta' kull "persuna interessata"), u l-Qorti hija moghnija b'diskrezzjoni konsiderevoli fil-materja. Huwa ghalhekk ezempju klassikutal-applikazzjoni tal-principji tal-ekwita` fil-ligi taghna.

Kontra dana kollu hemm l-interessi sew tal-proprjetarju talbastiment, kif ukoll l-interessi nazzjonali tal-istat Malti fiz-zamma tar-registru tal-bastimenti tieghu.

Hekk per ezempju ma jistax ikun illi proprjetarju ta' bastiment jigi rinfaccjat, jekk mhux addirittura rikattat, b'ordni li tipprojbixxi kull negozju fil-bastiment tieghu ghal kull nofs haga ta' xejn billi xi Tizju jallega illi ghandu xi "pretensjoni" remotament konnessa jew mal-bastiment jonkella mal-proprjetarji tieghu. Hekk ukoll lanqas ma jkun fl-interess nazzjonali illi jsir hekk, ghaliex li jibda jigri huwa illi s-sidien talbastimenti jitilqu r-Registru Malti ghal kollox sabiex ifittxu registru iehor illi aktar jissalvagwarda l-interessi taghhom.

Hemm bzonn ghabhekk illi jinholoq bilanc, u illi dana l-bilanc jigi applikat uniformament mill-Qrati.

Hawnhekk gie ritenut li azzonista minoritarju ta' socjeta` li hi innifisha kienet azzjonista fis-socjeta` proprjetarja tal-vapur de quo kienet tikkwalifika bhala persuna interessata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info