Reference: 1857/2001/1

Judgement Details


Date
10/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
XUEREB EVAN vs SPALDING VINCENT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DEFINIZZJONI TA` DIZABILITA` PERMANENTI - DANNI, MULTIPLIER - KOLLIZJONI, META TKUN KAGUNATA MINN HSARA F` VETTURA
Summary
Huwa stabilit li l-uzu ta' vettura li ma tkunx f'kundizzjoni li jmissha tkun fuq it-triq izzid fil-grad tar-responsabbilta' tas-sewwieq f'kaz ta' habta biha waqt li qed tinsaq minnu. F'kazijiet rariu eccezzjonali, il-hsara li tigri ghall-gharrieda lil sewwieq fil-karozza tieghu tista' tkun ragunighal tnaqqis tal-htija. Imma biex dan jigri, trid titressaq prova tajba min-naha tal-istess sewwieqli ghandu juri li ma kienx jaf li l-vettura kien fiha n-nuqqasijiet li jaghmluha mhix tajba li tkunfuq it-triq. Jekk imbaghad sewwieq jallega l-inevitabilita' tal-incident, irid ikun f'qaghda li jikkonvinci lill-Qorti li kien nieqes minn kull addebitu ta' negligenza f'dak li jkun gara Minn dan kollu, fil-kaz prezenti, ma sar xejn, u ghalhekk dan il-fattur ikompli jghabbi lill-imharrek bir-responsabbilta' tal-habta;

Huwa stabilit mill-Qrati taghna li ghal dak li jirrigwarda l-percentwali ta' dizabilita' dak li jrid jigi stabilit m'huwiex il-grad ta' inkapacita' f'sens purament mediku,izda l-effett li l-hsara personali ghandha fuq il-qligh tal-persuna midruba;

Huwa stabilit li l-multiplier ghandu jibda jitqies minn dak inhar li sehh l-incident li fih il-vittma tkun garrbetil-griehi, u mhux minn dak inhar li l-Qorti tasal ghal-likwidazzjoni tas-somma li ghandha tithallasbhala danni. Minbarra dan, il-bixra ta' hsieb wara sentenzi ta' dawn l-ahhar snin f'dan il-qasam qeghda xxaqleb lejn it-tnehhija ta' skemi rigidi li jistghu jfixklu l-ghoti ta' kumpens misthoqq u xieraq ghac-cirkostanzi. Wahda minn dawn l-izviluppi hija sewwasew fil-massimu tal-multiplier, fejn ghal numru kbir ta' snin ma tqiesx li seta' jaqbez l-ghoxrin (20). Ghar-ragunijiet li l-Qorti ghandha tfittex qabel kull haga ohra li tirreintegra kemm jista' jkun lil dak li jkun garrab hsara, u literga' tqieghed lil tali persuna kemm jista' jkun fl-istat li kienet qabel l-incident, illum huwa accettat u approvat mill-oghla Qrati taghna li l-multiplier ikun jaqbel sewwa mal-eta' tal-vittma u mhux ma' kriterji arbitrarji;

Hawnhekk il-Qorti applikat multiplier ta' 34 sena fil-kaz ta' persuna li kellha 27 sena.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info