Referenza: 184/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/07/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
APAP BOLOGNA LOUIS vs DELIA ALFRED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, GUSTIFIKAZZJONI GHAL MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, INKWILIN MA JISTAX JINVOKA INADEMPJENZA TAS-SID BIEX MA JHALLASX IL-KERA U FL-ISTESS HIN IZOMM IL-KIRJA - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JISTA` JZOMM IL-KERA
Fil-Qosor
Jista' jkun hemm cirkostanzi li jiggustifikaw lill-inkwilin li ma jhallasx il-kera.

F'kaz lidin id-difiza tinstab li hi fondata allura l-kerrej ma jiddekadix mid-dritt tieghu biex tigi lilu mgedda l-lokazzjoni. Dan anke ghaliex skond l-ispirtu nformatur taghha l-ligi mhiex intiza biex taghti pretest lil-lokatur biex jirrexxindi l-kuntratt tal-kera imma biss biex jissalvagwardjah fil-hlastal-kera.

L-Artikolu 5 (3)(b) tal-Kap 158 jippreciza illi sid il-kera jista' jirrifjuta li jgedded il-kirja u jista' jiehu pussess lura tal-fond jekk juri ghas-sodisfazzjoni tal-Bord li "matuliz-zmien tal-kirja, l-kerrej kien naqas li jhallas il-kera dovut minnu ghal zewg skadenzi jew iktarfi zmien hmistax il-gurnata minn dakinhar li sid il-kera jkun talbu biex ihallas".

Il-fatt lil-kera ma jkunx gie stabbilit minn Bord ma jista' qatt iservi ta' gustifikazzjoni ghan-nuqqas tal-hlas tal-kera bil-konsegwenti ezoneru minn dekadenza tad-drittijiet mahsubin mil-ligi fil-kaz ta' morozita`.

Inkwilin li jkun jidhirlu li ghandu xi pretensjoni fil-konfront tas-sid (ez. ghal riparazzjonijiet imwettqa minnu fil-fond lokat) seta' mexxa proceduri kontra s-sidien imma mhux izommil-kera u zmien wara li jaghlaq jaqbad u jiddepozitah il-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni