Reference: 2255/1998/1

Judgement Details


Date
07/07/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CASSAR MARIA ASSUNTA vs CONNELL ALBERT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMMODAT, ELEMENT TAL-GRATUWITA` - KOMMODAT, JAMMONTA GHAL LOKAZZJONI META JSIR BI HLAS TA` FLUS - KOMMODAT, KONTRO-PRESTAZZJONI - LOKAZZJONI, UZU TA` HAGA JEW FOND B`KORRISPETTIV EKWIVALENTI GHAL
Summary
Karattru essenzjali tal-kommodat huwa l-gratuwita` tal-prestazzjoni tal-haga.

Fil-fatt l-Artikolu 1824 tal-Kodici Civili jiddisponi illi "l-kommodat jew self ghall-uzu hu kuntratt li bih wahdamill-partijiet tikkunsinna haga lill-parti l-ohra sabiex din tinqeda biha, bla hlas, ghal zmien jewghal uzu determinat, bl-obbligu ta' dak li jirceviha li jrodd il-haga nfisha".

Iz-zewg modalitajiet possibbli tal-kuntratt tal-kommodat, kemm dik relatata maz-zmien u dik relatata ma' l-uzu, jistghu jezistu indipendentement minn xulxin u wahda ma kenitx necessarjament marbuta ma' l-ohra. Il-partijiet jistghu allura jiftehmu zmien li fih il-kommodat kellu jipperdura, bla ma jiftehmu x'uzu determinat kellu jsir mill-haga kunsinnata b'self u vice-versa.

L-Artikolu 1835(2) umbaghad jiddisponi li "...jekk matul iz-zmien miftiehem, jew qabel ma jkun spicca l-bzonn tal-kommodatarju, jinqala' lill-kommodant il-bzonn bil-ghagla u bla hsieb, tal-haga, il-qorti tista', skond ic-cirkostanzi, iggieghel lill-kommodatarju li jroddha, taht l-obbligu talkommodant li jhallsu ta' l-ispejjez lihuwa jkun ghamel sabiex jinqeda biha."

Ma jkunx kontra l-ispirtu li janima dan l-istitut li l-haga mislufa sservi ghall-uzu komuni tal-kommodant u tal-kammodatarju billi l-kuncett tal-liberta`rakkjuz fil-kommodat ma jigix nieqes, "se questa liberalita` sia mossa dall'interesse comune del prestatore e del comodatorio.

Huwa veru illi skond il-gurisprudenza antika kien jinghad li kumpens nominali, zghir u insinjifikanti ma kienx ihassar il-kuntratt tal-kommodat. B'danakollu l-indirizz posterjuri tal-Qrati fuq din it-tematika kien dak li jsegwi l-principju aktar rigoruz tad-Dritt Ruman li jeskludi mill-kommodat kwalunkwe kumpens. Kien b'dan in mira li gie deciz illi jekk minn jaghti l-uzu ta' haga jezigi prestazzjoni mill-parti l-ohra majkunx ghad hemm kommodat izda kuntratt ta' xort' ohra.

Id-dottrina, kif ukoll il-gurisprudenza, jidher li jzommu ben distinti l-kawzatal-kuntratt tal-kommodat mill-motivi li jaghtu lok ghall-krejazzjoni tieghu. Dawn tal-ahhar - adexemplum, ir-rabtiet affettivi, ir-rikonoxxenza, s-solidarjeta` umana - ma ghandhom l-ebda rilevanzaguridika. Hi invece il-'causa', intiza bhala funzjoni ekonomika-socjali tal-ftehim, li tikkwalifika l-kommodat bhala kontrattazzjoni ta' godiment bazat fuq il-gratuwita tal-uzu tal-haga.

Kemmid-dottrina kif ukoll il-gurisprudenza huma unanimi fil-hsieb illi l-interess komuni fil-haga mislufa bejn il-kommodant u l-kommodatarju ma huwiex inkompatibbli mar-rekwizit tal-gratuwita, element indispensabbli tal-kuntratt ezaminat.

B'danakollu, gie accertit mit-trattisti fuq is-suggettilli kemm-il darba l-attribuzzjoni ta' vantagg lill-kommodant tkun espressament konfigurata bhala obbligazzjoni a karigu tal-kommodatarju, wiehed ikun qieghed jezamina fattispecje differenti skond ir-rwol zvolt, fl-ekonomija komplessiva tan-negozju, mill-impenn assunt mill-kommodatarju. Jekk l-obbligu gravanti fuq il-kommodatarju kien jizvolgi rwol ta' importanza primarja, tant illi jkun jista' jigi konsiderat bhala kontro-prestazzjoni, il-kuntratt ma jkunx jista' jigi aktar kwalifikat bhala kommodat, izda kuntratt ta' xort' ohra bhall-lokazzjoni jew kuntratt atipiku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info