Reference: 394/2001/1

Judgement Details


Date
07/07/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
THE CARGO HANDLING CO. LTD. vs JOHN ABELA LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, AZZJONI KONTRA L-AWTORITA` MARITTIMA TA` MALTA JEW KUNTRATTUR TAGHHA DWAR IR-RESPONSABBILITAJIET TAHT L-ATT DWAR L-AWTORITA` MARITTIMA TA` MALTA - PRESKRIZZJONI, DISTINZJONI BEJN DEKADENZA U - PRESKRIZZJONI, KIF TISTA` TIGI RESPINTA - PRESKRIZZJONI, MA TISTAX TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO - PRESKRIZZJONI, TRID TIGI SOLLEVATA FORMALMENT F`NOTA TAL-ECCEZZJONIJIET
Summary
Eccezzjonijiet formali, bhal ma hija eccezzjoni tal-preskrizzjoni, ma ghandhomx jinghataw f'noti ta'osservazzjonijiet, imma bil-mod formali procedurali. Ghaldaqstant l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni li ma tigix moghtija formalment qisha mhijiex quddiem il-Qorti, u l-Qorti ma hiex tenuta tiddecidiha;ghax il-preskrizzjoni ma tistax tigi sollevata mill-Qorti 'ex ufficio'.

Il-preskrizzjoni tista' tigi mwaqqa' mhux biss bil-gurament decizorju, izda wkoll billi wiehed juri illi ghal xi motiv legali dik il-preskrizzjoni eccepita m'hijiex ammissibbli jew illi kien hemm sospensjoni jew interruzzjoni taghha.

L-artikolu 65 tal-Kap. 352 jiddisponi illi "minkejja d-disposizzjonijiet ta' kull ligi ohra, ma tista' tittiehed ebda azzjoni kontra l-Awtorita` jew kuntrattur dwar ir-responsabilitajiet taghhom taht dan l-Att, jew ghal xi telf jew hsara li ssir lil xi persuna, bastiment, oggetti, vetturi jew hwejjeg ohra huma x'inhuma abbord bastiment kemm-il daba:-

a) talba bil-miktub, li taghti dawk il-partikolaritajiet li jistghu jkunu b'mod xieraq mehtiega, ma tinghatax lill-Awtorita` jew lill-kuntrattur, skond il-kaz, mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data li fiha l-oggetti kienu accettati mill-Awtorita` jew mill-kuntrattur;

b) l-azzjoni ma tinbediex fi zmien tnax-ilxahar mill-imsemmija data."

Dan l-artikolu tal-ligi qed jirreferi ghall-azzjonijiet direttiminn terzi kontra l-Awtorita` jew il-kuntrattur u mhux azzjonijiet mehuda mill-Awtorita` jew mill-kuntrattur kontra terzi. Ghandu jkun ukoll bil-wisq logiku illi biex wiehed jara jekk xi preskrizzjoni partikolari hijiex ammessa jew applikabbli wiehed ghandu jhares lejn dak li qed jintalab bl-att promotur tal-kawza.

L-Artikolu 65 tal-Att li kkreja l-Awtorita` Marittima huwa komplimentari jekk mhux ukoll konsimili ghall-Art 45 ta' dak li kien il-Ports Ordinance 1962. Kif akkolt fil-gurisprudenza t-terminu ta' tnax-il xahar fl-artikolu suddett kontemplat hu terminu perentorju jew ta' dekadenza.

Meta l-ligi tippreskrivi terminu li fih att ikun irid jigi kompjut, dak it-terminu,minflok wiehed ta' preskrizzjoni ikun wiehed ta' dekadenza, fis-sens li meta jkun ghadda tali terminu dak l-att ma jibqax aktar ammissibbli. Il-kriterju distintiv huwa illi jekk disposizzjoni ma tghidx espressament li terminu huwa wiehed ta' preskrizzjoni, jew li jkollu karatteristici tal-preskrizzjoni, allura jkun il-kaz ta' dekadenza.

It-terminu stabbilit fl-Artikolu 65 huwa wiehed intizbiex jehles lill-Awtorita` u lill-kuntrattur taghha, minn kull riskju ta' proceduri taht l-Att imsemmi, u fic-cirkostanzi hemm prevvisti, jekk l-azzjoni mit-terz ma ssirx fiz-zmien imsemmi ta' tnax il-xahar. Fil-kamp marittimu terminu bhal dan hu wiehed uniformi. Tant li nsibuh fl-Art 3 (6) tal-Hague Rules jew l-Artikolu 6 tal-Att dwar il-Garr ta' Merkanzija bil-Bahar (Kap 140) fil-kaz ta' azzjoni kontra l-vapur jew it-trasportatur bil-bahar. Huwa wkoll komplimentari ghax-xorta ta' azzjonijiet preskritti fl-Artikolu 544 tal-Kodici tal-Kummerc.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info