Reference: 16/1998/2

Judgement Details


Date
03/07/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
MANCHE ONOR.IMH.DR.ALBERT ET vs A. CUTAJAR & SONS LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT 811 (E) AND (L) TAL-KODICI TA ORGANIZZAZZJONI U PROCEDURA CIVILI - RITRATTAZZJONI
Summary
Is-socjeta' intimata qed titlob ir-ritrattazzjoni tal-kawza u cioe' qed titlob li tithassar l-imsemmija sentenza ta' din il-Qorti tad-9 ta' Jannar 2001 u li l-appell jigi ritrattat. Is-socjeta' intimata ritrattandi qed tibbaza dawn it-talbiet taghha fuq il-provedimenti tal-artikoli 811(e) u (i) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili (Kapitolu 12 tal-ligijiet ta' Malta) u dan billi fl-imsemmija sentenza giet applikata l-ligi hazin u billi l-istess sentenza kienet effett ta' zball.

Il-provedimenti li qed jigu invokati mis-socjeta ritrattandi ghar-rigward tat-talbiet taghha dwar ir-ritrattazzjoni jipprovdu li kawza, deciza b'sentenza mghotija fi grad ta' appell, tista' tigi ritrattata, wara li qabel xejn tigi mhassra dik is-sentenza, jekk is-sentenza tkun applikat il-ligi hazin. Il-ligi tispecifika li ghandu jitqies li kien hemm applikazzjoni hazina tal-ligi f'kaz li d-decizjoni ma tkunx skont il-ligi u kemm il-darba l-kwestjoni ma tkunx tirrigwarda interpretazzjoni ta'ligi li dwarha l-qorti tkun esprimiet ruhha fid-decizjoni. Kawza tista' ukoll tigi ritrattata jekkis-sentenza kienet l-effett ta' zball li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza. Il-ligi tispecifika li ghandu jitqies li hemm tali zball jekk id-decizjoni tkun ibbazata fuq xi fatt li l-verita'tieghu tkun giet eskluza jew fuq li xi fatt ma jesistix meta l-istess fatt ikun gie stabbilit b'modposittiv. Fiz-zewg kazijiet il-fatt in kwestjoni m'ghandux ikun xi punt kontestat li dwaru tkun pronunzjat ruhha l-qorti fis-sentenza impunjata. Ir-ritrattazzjoni tista' tigi biss rikjesta fil-kazijiet li huma elenkati fil-ligi u inoltre dawn id-disposizzjoinijiet tal-ligi ghandhom jinghataw interpretazzjoni ristretta u mhux wahda wiesgha.

Fil-kaz in esami jirrizulta li s-socjeta intimataritrattandi ilha zmien twil tikri minghand ir-rikorrenti l-fond 49, Old Theatre Street, Valletta. L-imsemmi fond kien jintuza ghall-bejgh ta' hwejjeg u abbiljament u xi zmien qabel il-kawza tbiddel il-generu tan-negozju billi l-fond beda jintuza ghall-bejgh ta' oggetti kompletament differenti. L-argumenti tas-socjeta intimata ritrattandi li huma fil-bazi tat-talbiet taghha tar-ritrattazzjoni jinvolvu l-fatt li l-iskrittura, li permezz taghha giet ikkreata din il-lokazzjoni, ma tispecifikax il-generu ta' negozju li kien qed jigi gestit mill-fond fil-hin li saret il-lokazzjoni. Ghalhekk, skontis-socjeta ritrattandi, sta ghar-rikorrenti li jippruvaw x'kien il-generu ta' negozju li kien qed jigi gestit f'dak iz-zmien li saret il-lokazzjoni. Dejjem skont is-socjeta intimata ritrattandi r-rikorrenti ma gabu ebda prova f'dan ir-rigward.

Ghal finijiet tal-imsemmija provedimenti tas-sub-inciz (e) is-socjeta intimata ritrattandi tghid li ghalhekk il-Qorti qatt ma misset ghaddiet biex tapplika id-disposizzjonijiet tal-artikolu 10 tal-Kap 69. Skont is-socjeta' intimate, il-Qorti applikat il-ligi hazin u hawnhekk non si tratta ta' interpretazzjoni zbaljata tal-ligi billi mill-fatti jirrizulta illi ma giex stabbilit x'uzu kien qed isir mill-fond.

Din il-Qorti ma tistax taqbelma dawn is-sottomissjonijiet tas-socjeta intimata ritrattandi. Fl-ewwel lok, effettivament, gew prodotti provi dwar in-negozju li kien qed jigi gestit fil-hanut in kwestjoni prattikalment minn mindu saret il-lokazzjoni sakemm tbiddel il-generu tan-negozju u ovvjament il-Qorti tal-Appell ghazlet li toqod fuq dawk il-provi. Fit-tieni lok jidher li hu ammess mill-istess intimati ritrattandi li l-hanut in kwestjoni ghal zmien twil kien jintuza ghall-bejgh ta' hwejjeg ta' abbiljament u f'hin minnhombeda jintuza ghall-bejgh ta' oggetti ta' generu kompletament differenti. Ghalhekk, f'dan ir-rigward,ma jirrizulta xejn irregolari fl-applikazzjoni tal-ligi fis-sentenza in kwestjoni.

Biex jigi deciz jekk kienx hemm applikazzjoni hazina tal-ligi ma ghandux isir esercizzju fejn il-fatti tal-kawza jigu esaminati mill-gdid. Dan kollu japplika fil-kaz in esami u ghalhekk dan l-aggravju li hu bbazat fuq dak li hemm provdut fis-sub-inciz (e) tal-imsemmi artikolu 811 qed jigi respint stante lihu infondat.

L-intimati ritrattandi inoltre jinsistu li s-sentenza impunjata kienet ukoll effett ta' zball. Dawn is-sottomissjonijiet huma bbazati fuq il-provedimenti tal-istess artikolu 811 pero' sub-inciz (l), li inoltre jipprovdi li l-izball irid ikun wiehed li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza.

Ir-ritrattandi jargumentaw li r-rikorrenti ma pprovawx il-generu tan-negozju li kien gestit fil-hanut in kwestjoni fiz-zmien li saret il-lokazzjoni. Skont l-intimati ritrattandi l-izball jikkonsisti fil-fatt li d-decizjoni impunjata hi bbazata fuq is-suppozizzjoni tal-fattli ngabet il-prova li l-fond fiz-zmien li saret il-lokazzjoni, cioe fil-1921, kien jintuza ghall-bejgh ta' abbiljament. Ir-ritrattandi jsostnu li dan il-fatt hu inesistenti billi r-rikorrenti ma gabuebda prova f'dan is-sens.

Din il-Qorti ma taqbilx u ma tikkondividix l-argumenti tal-intimatiritrattandi f'dan ir-rigward. Zgur li ma jirrizultax f'dan il-kaz li kien hemm xi “zball” ta' fattfis-sens li trid il-ligi.

L-intimati ritrattandi jaghmlu referenza ghad-dokument li gie esibit mir-rikorrenti mar-risposta tal-appell taghhom. F'dan ir-rigward din il-Qorti ma ghandha xejn aktar xi zzid stante li l-intimati ritrattandi stess jammettu li l-Qorti tal-Appell, fis-sentenza taghha, li qed tigi impunjata, ma haditx in konsiderazzjoni dan l-istess document.

Il-Qorti fis-sentenza impunjata ddecidiet dwar il-generu ta' negozju li kien gestit fil-hanut in kwestjoni prattikament sa mill-bidu tal-lokazzjoni u dwar il-fatt li ftit zmien qabel ma nbdew dawn il-proceduri dan il-generu tbiddel u bdew jinbieghu oggetti kompletament differenti. Dan kien ovvjament punt li kien inkontestazzjoni bejn il-partijiet u liema punt gie determinat bis-sentenza li r-ritrattandi qeghdinissa jintentaw li jimpunjaw. Isegwi ghalhekk li anke l-aggravju tar-ritrattandi taht dan is-sub-inciz (l) hu infondat u ghandu jigi respint.

In vista tal-premess it-talbiet tal-intimati ritrattandi ma jistghu qatt jigu akkolti.

Ghaldaqstant, din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tiddeciedibilli tichad it-talba tal-intimati ritrattandi ghar-revoka tas-sentenza mghotija minn din il-Qorti fid-9 ta' Jannar 2001 u konsegwentement tichad ukoll it-talba ghar-ritrattazzjoni tal-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info