Referenza: 856/1992/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/07/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
SPITERI LILIAN NOE vs SAMMUT ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KLAWSOLA PENALI, META TIGI STIPULATA GHAD-DEWMIEN BISS - KLAWSOLA PENALI, MHUX KULL TIP TA` DEWMIEN JAGHTI LOK GHALL-PENALI - KUNTRATT, NECESSITA` TAL-FIRMA TAL-KONTRAENTI KOLLHA
Fil-Qosor
Huwa pacifikament akkolt illi jekk skrittura privata ma tigix iffirmata minn idejn kull wiehed mill-partijiet jew ma tirrizultax l-awtentikazzjoni ta' xi firem kif trid il-ligi din ma ghandha l-ebda validita` legali. Dan il-principju hu konkordanti fil-gurisprudenza taghna li rriteniet li l-iskrittura ghandha tkun iffirmata miz-zewg partijiet jew awtentikata kif trid il-ligi ghax diversament ikunhemm in-nullita` tal-konvenzjoni.

Dan fuq affermat ma ghandux ifisser illi ghalkemm mhux vinkolanti l-kontenut ta' l-iskrittura mhux kapaci li jircievi attenzjoni xierqa ghallanqas biex isostni, anke jekk marginalment, il-prova tan-negozjati jew trattativi bejn il-kontraenti, purche` dejjemli din l-istess prova tkun per se, u anke minghajr is-sostenn ta' l-iskrittura, wahda konvincenti ukonklussiva.

Jinsab ritenut illi "l-klawsola penali f'kuntratt hi klawsola li biha wiehed mill-kontraenti, sabiex jassikura l-ezekuzzjoni ta' l-obbligazzjoni minnu assunta, jobbliga ruhu ghal xi haga ghall-kaz li hu ma jezegwix l-obbligazzjoni li jkun assuma. Il-penali hekk kontrattata tirrapprezenta kumpens ghad-danni minhabba non-ezekuzzjoni ta' l-obbligazzjoni."

Il-htija fil-kazta' inadempjenza ta' obbligazzjoni hija nsita fl-inadempjenza stess, ammenokke l-parti inadempjentima tipprovax il-kaz fortuwitu jew il-forza magguri, jew raguni ohra ta' ezenzjoni mir-responsabilita`. U ghalhekk min jobbliga ruhu taht penali li josserva l-obbligi minnu assunti, hu obbligat li jhallas dik il-penali, jekk ma jipprovax hu illi kien hemm xi raguni li tezentah minn dik il-penali.

F'materja ta' penali jenhtieg li min jallega d-dewmien ikun f'posizzjoni li jgib provi univoci

F'materja ta' penali wiehed irid juza certa diskrezzjoni fis-sens li mhux kull nuqqas ghandujigi konsiderat bhala ta' kwalita li wiehed jista' jghid li x-xoghol mhux kompletat b'mod li jkollud-dritt ghal penali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni