Reference: 1346/2000/1

Judgement Details


Date
27/06/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
SULTANA DR VICTOR vs PRIM MINISTRU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, AGIR TAL-PRIM MINISTRU
Summary
Ma hemmx dubbju li l-agir tal-Prim Ministru f'hafna oqsma huwa sindakabbli mill-Qrati, izda fil-kamplimitat indikat fis-subartikolu (3) tal-Artikolu 86 tal-Kostituzzjoni tali sindakabilita` hi espressament eskluza (salv jekk ikun qed jigi allegat ksur tad-Drittijiet Fondamentali tal-Bniedem).

Is-subartikoli (1) u (2) tal-Artikolu 86 tal-Kostituzzjoni jaghmlu distinzjoni cara bejn meta l-Prim Ministru hu mehtieg skond il-Kostituzzjoni li jezercita xi funzjoni skond ir-rakkomandazzjoni ta' xi persuna jew awtorita` u meta huwa mehtieg li jaqdi xi funzjoni wara konsultazzjoni ma' xi persuna jew awtorita`. Fl-ewwel kaz, il-Prim Ministru ghandu jimxi skond dik ir-rakkomandazzjoni. Huwa biss meta huwa ghandu jikkonsulta li ma hux obbligat li jimxi skond il-parir moghti lilu. Id-disposizzjoni ta' l-Artikolu 86(1), moqrija flimkien ma' l-Artikolu 110(1) tal-Kostituzzjoni ma tistax tigi interpretata hlief li meta l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku taghmel ir-rakkomandazzjoni taghhadwar hatra jew hatriet fis-servizz pubbliku, il-Prim Ministru hu marbut li jimxi skond dik ir-rakkomandazzjoni (salv is-seta' li jitlob rikonsiderazzjoni), u ma jistax jiddeciedi li jhalli l-hatra ghal dak il-post jew postijiet "in abeyance" biex tiskadi biz-zmien. Kieku kien hekk, ikun qed jigi raggirat l-iskop kollu tal-Artikolu 110(1) tal-Kostituzzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info