Referenza: 173/1993/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/06/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A., CARUANA DEMAJO GIANNINO, CAMILLERI GINO
Partijiet
SAMMUT JULIAN ET NOE vs MIZZI MARLENE SIVE MARY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI, DISPOSIZZJONIJIET KONTRA XULXIN - RITRATTAZZJONI, NATURA TAL-PROCEDURI - RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Fil-Qosor
Ir-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa wiehed straordinarju u eccezzjonali in kwantu jikkostitwixxi deroga ghall-principju fundamentali li l-gudikant jikkostitwixxi l-ligi bejn il-kontendenti. Dan ir-rimedju, ghalhekk, jista' jigi invokat biss fil-kazijiet tassattivament elenkati fil-ligi u inoltre, id-disposizzjonijiet relattivi ghandhom jigu interpretati ristrettivament. Konsegwentement, ma jistaxjigi permess lil ebda wiehed mill-partijiet li, taht il-pretest ta' ritrattazzjoni, jerga' jiftah il-kawza u b'hekk indirettament jipprova jikkreja ghalih tribunal ghat-tielet istanza.

L-Artikolu 811(i) jiddisponi li hemm lok ghal ritrattazzjoni "(i) jekk fis-sentenza jkun hemm disposizzjonijiet kontra xulxin".


Din il-kontradizzjoni trid tirrizulta (pero`) fid-dizpozittiv tas-sentenza u mhux fil-konsiderazzjonijiet, anke jekk dawn ta' l-ahhar jistghu jkunu rilevanti biex jitfghu dawl u jidentifikaw tali kontradizzjoni.

Il-kontradizzjoni trid tkun tali li d-dispozizzjonijiet fis-sentenza ma jkunux jistghu jigi esegwiti kollha.

L-Artikolu 811(e) jiddisponi lihemm lok ghal ritrattazzjoni "jekk is-sentenza tkun applikat il-ligi hazin; ghall-finijiet ta' dan il-paragrafu, jitqies li kien hemm applikazzjoni hazina tal-ligi, fil-kaz biss li d-decizjoni, meta l-fatt kien tassew kif stabbilit fis-sentenza attakkata, ma tkunx skond il-ligi, basta li l-kwistjonima tkunx dwar interpretazzjoni ta' ligi, li fuqha l-qorti tkun espressament tat decizjoni"

Il-produzzjoni ta' provi in sostenn ta' xi fatt, premessa jew eccezzjoni f'kawza tispetta unikament utinkombi fuq dik il-parti fil-kawza li ghandha l-interess li taghmel dik il-prova. Certament ma taqax fid-dmirijiet tal-gudikant li jkun qieghed jisma' l-kawza jew tal-Qorti.

Ikun hemm lok ghal ritrattazzjoni fuq dan il-motiv jekk, fuq dawk il-fatti kif jirrizultaw ippruvati, ikun jidher lil-Qorti applikat disposizzjoni tal-ligi flok dispozizzjoni ohra li kellha proprjament tigi applikata. Jekk jirrizulta li s-sentenza impunjata tkun applikat il-ligi korretta ghall-fatt tal-kaz, xortawahda ma hemmx lok ghal ritrattazzjoni fuq il-motiv tas-sub-inciz (e) nonostante li l-interpretazzjoni moghtija mill-Qorti lil dik il-ligi tkun skorretta. Biex ikun hemm lok ghal ritrattazzjoni fuqdan il-motiv, irid jintwera li l-Qorti, fis-sentenza impunjata, applikat il-ligi hazina ghall-kaz, umhux li applikat il-ligi t-tajba b'mod hazin. Biex jigi deciz jekk kienx hemm applikazzjoni hazinatal-ligi, il-fatti tal-kawza ma jistghux jigu ezaminati mill-gdid. Lanqas jistghu jigu valutati jew interpretati fis-sentenza attakkata.

L-Artikolu 811(l) jiddisponi li hemm lok ghal ritrattazzjoni jekk is-sentenza kienet l-effett ta' zball li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza.

Ghall-finijiet ta' dan il-paragrafu, jitqies li hemm dak l-izball, fil-kaz biss li d-decizjonitkun ibbazata fuq is-supposizzjoni ta' xi fatt, li l-verita` tieghu tkun bla ebda dubju eskluza, jew fuq is-supposizzjoni li ma jezistix xi fatt, li l-verita` tieghu tkun stabbilita pozittivament, basta li, fil-kaz il-wiehed u l-iehor, il-fatt ma jkunx punt ikkontestat illi jkun gie deciz bis-sentenza.

Biex ikun hemm "zball" taht is-sub-inciz (e) u (l) jehtieg li jkun manifest u li ikun iddetermina d-decizjoni, igifieri li s-sentenza vvizzjata b'dak l-izball ma tistax tigi sanata minn xiragjonamenti ohra indipendenti minn dik zbaljata. Ghalhekk, anki jekk per mera ipotesi, wiehed kellu jsostni li l-interpretazzjoni u l-apprezzament li tat il-Qorti kienu zbaljati, xorta wahda l-istess gudizzji m'humiex censurabbli ghall-finijiet tar-ritrattazzjoni taht dana l-inciz billi l-istess gudizzju jappartjeni ghall-konvinciment insidikabbli tal-Qorti li esprimiethom.

Jekk l-izballakkampat bhala motiv ghar-ritrattazzjoni kien punt ta' kontestazzjoni li gie maqtugh bid-decizjoni impunjata, mhux ammessa ritrattazzjoni fuq il-motiv ta' dak l-izball, u l-apprezzament u interpretazzjoni tal-fatti ma humiex sindakabbli, u ma jaghtux lok ghar-rimedju legali tar-ritrattazzjoni.

Il-gurisprudenza taghna dejjem ghallmet li r-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa wiehed straordinarju,inkwantu jikkostitwixxi deroga ghall-principju fondamentali li l-gudikat jikkostitwixxi l-ligi bejnil-kontendenti u dan indipendentement mill-fatt jekk dak il-gudikat jirrispekkjax kompletament il-verita` jew il-gustizzja. Ir-Rumani kienu jesprimu dan il-kuncett bil-massima res iudicata pro veritate habetur. Minn dan titnissel il-konsegwenza taghha li r-regoli li jirregolaw dan l-istitut tar-ritrattazzjoni huma ta' interpretazzjoni strettissima. Diversament, taht il-pretest tar-ritrattazzjoni, il-litigant sokkombent ikun jista' jerga' jiftah il-kawza u b'hekk, indirettament johloq ghalihtribunal tat-tielet istanza li mhix permessa mil-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni