Reference: 1456/2002

Judgement Details


Date
26/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BUGEJA EMANUEL vs BUGEJA MARY ROSE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATTI GUDIZZJALI, HTIEGA TA` ITTRA UFFICJALI JEW PROTEST QABEL LI TIPPRECEDI ATTI GUDIZZJARJI LI JIBDEW PROCEDIMENTI KONTRA L-GVERN ECC - KOMPETENZA, PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI - INTERPRETAZZJONI TA` LIGIJIET PENALI
Summary
L-artikolu 460 tal-Kap 12 jipprovdi li ebda azzjoni mehuda kontra l-Gvern jew awtorita' ma tista' tinbeda jew tissokta jekk kemm-il darba ma jkunu ghaddew minn tal-anqas ghaxart ijiem minn mindu l-Gvern jew awtorita' jkunu gew notifikati b'att gudizzjarju li jinterpellahom jaghmlu (jew ma jaghmlux)dak li l-attur iressaq bhala pretensjoni fl-azzjoni tieghu. Din ir-regola ma tapplikax fil-proceduri msemmija b'mod tassattiv fis-sub-artikolu (2) tal-imsemmi artikolu 460;

L-imsemmi artikoluhuwa privilegg procedurali moghti lill-Gvern f'kawzi li fihom ikun imharrek u gie mfisser bhala regola ta' ordni pubbliku, u japplika ghal kull ghamla ta' att gudizzjarju li bih jinbdew procedimentikontra l-Gvern. Ghalkemm iddahhal fis-sistema procedurali Malti bl-Att VII tal-1981, rega' gie mibdul xi ftit bil-bidliet li sehhew bl-Att XXIV tal-1995, izda mhux b'mod radikali;

L-imsemmiprivilegg, jekk ma jitharisx, iwassal ghan-nullita' tal-azzjoni li tkun ittiehdet bi ksur tieghu. Din in-nullita' tqieset bhala wahda assoluta u li tista' titqajjem mill-Qorti ex ufficio.

Hemmgurisprudenza li ssostni li minhabba l-kliem uzat fl-artikolu in kwistjoni, in-nullita' li jgib in-nuqqas ta' harsien tal-procedura li ghandha ssir qabel ma jingieb 'il quddiem l-att tac-citazzjoni hija wahda assoluta li mhix sanabbli tal-procediment kollu mhux biss fil-konfront tal-Gvern imharrekimma wkoll, jekk ikun il-kaz, fil-konfront tal-imharrkin l-ohrajn ukoll, anke jekk dawn ma jistghuxminn jeddhom jinvokaw dak il-privilegg f'isimhom.

Il-Qorti hawnhekk irriteniet li tali privilegg huwa biss disponibbli lill-Gvern u lill-Awtoritajiet hemm indikati, u certament huwa fic-cirkostanzi applikabbli ghall-konvenuti kollha li ressqu din l-eccezzjoni, u ladarba l-istess citazzjoni fil-konfront tal-istess ma gietx preceduta b'ittra ufficjali jew protest kif tassativament sancit fl-artikolu 460 fuq indikat, u ladarba l-azzjoni attrici ma hijiex wahda minn dawk elenkati fl-artikolu460 (2) mela allura l-konsegwenza tal-istess hija li l-azzjoni attrici fil-konfront tal-istess konvenuti eccipjenti hija nulla u bla effett.

Il-gurisdizzjoni tal-Prim' Awla tal-Qorti Civili hija delineata fl-artikolu 32 tal-Kap 12 li jipprovdi li hija ghandha s-setgha li taqta' kawzi ta' natura civili u kummercjali, (hlief ghall-kawza ta' kompetenza nferjuri skond id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 47 tal-Kap 12) jew kawzi ohra li l-ligi tghid espressament li hija ghandha tiehu konjizzjonitaghhom

L-interpretazzjoni ta' artikolu tal-Kodici Kriminali, li ma tispettax lill-Prim' Awla tal-Qorti, u dan ukoll ghaliex skond l-artikolu 3 tal-Kap 9 hija l-Qorti ta' Gurisdizzjoni Kriminali, skond il-kompetenzi taghha li ghandha gurisdizzjoni tal-istess azzjonijiet, u kwindi necessarjament tal-interpretazzjoni tal-istess dispozizzjonijiet legali, li huma ta' natura strettament kriminali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info