Reference: 1082/1988/3

Judgement Details


Date
27/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
WOODS DR. EDWARD NOE vs CURMI JOSEPH NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, KLAWSOLA TA` EZONERU
Summary
Huwa difficli li wiehed jenuncja principju assolut ta' dritt dwar jekk il-klawsoli ta' ezoneru mir-responsabilita' ghad-danni ghandhomx ikollhom l-effett li jezoneraw lid-debitur minn dik ir-responsabilita'; kollox jiddependi minn certi direttivi ta' fatt.

Klawzola ta' ezoneru ma kienx ikollha l-valur li tezonera lid-debitur mid-dolo, mill-kolpa gravi, ekwiparata ghad-dolo, u mill-kolpa ljevi, li tigi riskontrata meta jkun hemm ommissjoni ta' dak il-grad normali ta' diligenza li l-ligi (sec 1132 Kodici Civili) tirrikjedi fl-ezekuzzjoni ta' kull obligazzjoni in genere. Fi kliem iehor, il-klwasola ta' irresponsabbilita' bhal dik in ezami ma tezimix mir-responsabilita' meta jkun hemm vjolazzjoni ta' kuntratt jew ta' dover; u jekk jigu stipulati espressament biex jezoneraw mid-dolo u miz-zewg gradi ta' kolpa fuq riferiti, jkunu nulli, billi kuntrarji ghall-principju generali tal-morali, bazi tal-ordni pubbliku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info