Referenza: 1042/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/01/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
CHIRCOP DR CARMEL NOE vs DINGLI AV DR KEVIN NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DEPOZITU, DEPOZITARJU - FRAZI PERILS OF THE SEA - GURNAL T`ABBORD UFFICJALI - KAZ FORTUWITU, PREVEDIBILITA` TA` - MALTEMP - MERKANZIJA, STIVAR TA` - PACKAGE LIMITATION, APPLIKABILITA` TA` - TESTIMONJAL
Fil-Qosor
Jekk id-depozitarju jinvoka l-kaz fortuwitu bhala l-motiv ta' l-esenzjoni tieghu mill-hsara li ssofri l-haga depozitata, il-prova tal-kaz fortuwitu hija mixhuta fuqu.

Il-kuncett tal-kaz fortuwitu jew forza magguri ma jsehhx meta ghall-hsara jkun ikkontribwixxa l-fatt pozittiv jew negattiv tal-bniedem. Skond il-principju tad-dritt, biex ikun hemm il-kaz fortuwitu mhux bizzejjed li jkun avveniment insolitu, sproporzjonat u li jkun prodott mill-forzi tan-natura, imma jehtieg li jkun inevitabbli b'mod li ma jistax jigi evitat bid-diligenza ordinarja tal-`bonus pater familias

Biex ikun hemm il-kaz fortuwitu jrid ikun hemm event li ma jiddependix mill-fatt tad-debitur, event imprevedibili u inevitabili. Ghall-applikazzjoni tal-prevedibilita jew imprevedibilita ta' l-event ghandha tigi applikata t-teorija tad-diligenza tal-"bonus pater familias. Kull kaz ghandu jigi ikkunsidrat ghalih, ghaliex ic-cirkostanzi taz-zmien u ta' natura ohra jistghu jirrendu l-event prevedibili f'kaz,li kien ikun imprevedibili f'kaz iehor

Il-frazi 'perils of the sea' giet definita f'diversikawzi li gew quddiem il-Qrati Inglizi bhala li tfisser: All kinds of marine casualties, such as shipwreck, foundering, stranding, etc., and every species of damage to the ship or goods at the sea by the violent and immediate action of the winds or waves, or comprehended in the ordinary wear and tearof the voyage, or directly referable to the acts and negligence of the shipowner or his servants asits proximate cause

Normalment, vapur jiltaqa ma sitwazzjonijiet ta' maltemp u bahar qawwi fit-tragitti tieghu u bl-ebda mod, sakemm ma jkunx hemm prova kuntrarja, ma jista' jinghad illi kullmaltemp jew bahar qawwi ghandu jiskolpa lill-carrier jew lill-vapur minn kull responsabbilita u htija.

Id-dhul kollu li jsir fil-gurnal t'abbord ufficjali hekk kif provdut fl-Att dwar il-Bastimenti Merkantili ghandu, sakemm ma jigix pruvat kuntrarju, ikun prova ta' dak li jinsab fih, kemm il-darba tigi pruvata l-awtenticita' tal-gurnal t'abbord.

Il-Kap. 12 jipprovdi li dan id-dokument huwa ammissibbli bhala prova quddiem Qorti u jistghu jippruvaw dak li jkun fihom, sakemm ma jigixippruvat il-kuntrarju, basta li tkun ippruvata l-awtenticita' taghhom.

Kull parti interessatatkun tista' tipprova kull fatt kuntrarju ghal dak li jintqal fit-testimonjal; u jekk it-testimonjalma jsirx fiz-zmien specifikat fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu, kull parti interessata tista'tipprova kull fatt li seta' jirrizulta mit-testimonjal, jew xort'ohra li ghandu x'jaqsam ma' l-incident, b'kull mezz iehor.

Il-package limitation skond il-klawsola 5 tal-Hague Rules tapplika biss ghall-bulk cargo u allura lanqas tapplika ghall-karozzi, jew makkinarju bhal Deck Machine. Dan huwa differenti mill-kaz ta' pallets fejn ovvjament tali limitazzjoni tapplika.

Din il-limitazzjoni hija applikabbli biss fl-eventwalita' illi jigi provat li l-hsara rrizultat minn fatt jew ommissjoni ta' min kien qed jittrasporta l-merkanzija maghmul bl-intenzjoni li tigi kagunata hsara jew inkella b'mod traskurat u bil-konsapevolezza li l-hsara probailment tirrizulta.

Hawnhekk, il-Qorti ikkunsidrat li kien hemm recklessness fil-mod li giet stivata l-istess merkanzija, u fil-mod licontainer minnhom certament ma kienx marbut sew b'mod li bil-maltemp li l-vapur iltaqa' mieghu, danwaqa' ghal fuq il-merkanzija de quo u kkaguna hsara fl-istess. Dan il-maltemp kien prevedibbli f'dawk l-inhawi f'dak iz-zmien tas-sena, flimkien mal-fatt li l-merkenzija ma kienitx secure irrendew tali hsara prevedibbli, u ghalhekk jeskludu wkoll, anke kieku ghall-grazzja tal-argument applikabbli,dawn ir-regoli ta' limitazzjoni ta' responsabilita'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni