Reference: 986/1992/1

Judgement Details


Date
16/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SCHEMBRI PANCRAZIO vs VASSALLO CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIVIZJONI, GHANDHA SSIR FUQ IL-BAZI TAL-ISTAT TAL-HAGA FIL-MUMENT META TIGI RADIKATA T-TALBA GHAL-LICITAZZJONI - DIVIZJONI, JEDD TA` KOMPROPRJETARJU META JKOLLU BENI IMMOBBLI VICINI GHAL DAWK TAL-KOMUNJONI - DIVIZJONI, LICITAZZJONI RIMEDJU STRAORDINARJU - DIVIZJONI, META GHANDHA SSIR BIX-XORTI JEW BL-ASSENJAZZJONI - DIVIZJONI, PRINCIPJI GENERALI TA` KIF GHANDHA SSIR
Summary
Fost il-principji tad-dritt in materja ta' divizjoni ta' proprjeta` huma s-segwenti:-

I. Mill-qasma jehtieg li titnissel ripartizzjoni ugwali u ekwitattiva;

II. Il-kondividendi ghandhomdritt li jiehdu sehemhom mill-haga komuni in natura (Artikolu 502 tal-Kodici Civili) purchè dan jista' jsir "bla xkiel u minghajr hsara" [Artikolu 501(2) tal-Kodici Civili];

III. Ghandu jigi assikurat li jidhlu f'kull porzjoni jew sehem l-istess kwantità ta' hwejjeg ta' l-istess xorta u ta' l-istess valur (Artikolu 504 tal-Kodici Civili);

Huwa veru li per regola d-divizjoni ghandha ssir bix-xorti, pero` meta l-kondividendi jkunu qed jikkonkorru fi kwoti dizugwali, allura, b'ligi, ghandu jigi determinat mill-Qorti jekk id-divizjoni ghandhiex issir bix-xorti jew b'assenjazzjoni.

Ghalkemm in linea ta' massima generali r-regoli suddetti jridu jigu applikati f'kull kaz, naturalment il-fattispeci ta' kull kaz huwa tant differenti minn dawk tal-kawzi l-ohra, li huma difficlili jigu stabbiliti regoli generali li japplikaw ghall-kazi specifici kollha, b'mod li kull kaz iridjigi ezaminat singolarment fil-meritu tieghu proprju.

Jibqa' pero` dejjem bazilari l-punt illi fl-indagini dwar il-modus divisionis ghandu jittiehed qies ta' l-istat tal-haga qabel id-divizjoniproposta, u cjoe fl-epoka meta tigi radikata t-talba ghad-divizjoni. Hekk allura meta l-fond huwadivizibbli komodament u mingahjr diskapitu ma ghandux jigi applikat ir-rimedju tal-licitazzjoni. Komodament, jigifieri minghajr pregudizzju ta' l-interessi tal-kondividendi; minghajr diskapitu, jigifieri illi ma ghandux ikun hemm deprezzament fil-valur ekonomiku tal-fond bid-divizjoni materjali tieghu.

L-Artikolu 503 tal-Kodici Civili jiddisponi li "Il-komproprjetarju li jkollu beni immobbli minnhom infishom vicini ghal xi whud mill-immobbli in komun li jkunu sejrin jinqasmu, jista' jitlob li dawk il-beni immobbli jigu assenjati lilu bi stima, izda dan kemm-il darba jkun hemm immobbliohra komun li minnhom jista' jigi assenjat lil kull wiehed millkomproprjetarji l-ohra sehem bejn wiehed u iehor ugwali."

Dan id-dritt eccezzjonali ghandu l-fondament tieghu fuq il-konsolidazzjoni tal-proprjetà bl-iskop li jigu evitati kwestjonijiet bejn il-vicini li ghandhom proprjeta` kontigwa. Ma hemm infatti l-ebda limitazzjoni ghal dan hlief illi "jkun hemm immobili ohra in komuni li minnhom jista' jigi assenjat lil kull wiehed mill-komproprjetarji l-ohra sehem bejn wiehed u iehor ugwali." F'kull kaz il-Qorti tista' tordna l-assenjazzjoni anke indipendentement mill-precitat dritt ta' ozzjoni;

Il-licitazzjoni tibqa' rimedju straordinarju u eccezzjonali hafna u hi konsentitabiss meta d-divizjoni ma tistax issir komodament u minghajr hsara, ossija minghajr pregudizzju tal-kondividendi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info