Reference: 789/1994/1

Judgement Details


Date
16/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PACE MARIA ET vs CACHIA MARIA MELITA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIVIZJONI, DRITT TA` LOKAZZJONI MHUX AFFETT MINN DIVIZJONI TAL-OGGETT LOKAT - KUNTRATT, KONKUBINAT - LOKAZZJONI, DRITT TA` LOKAZZJONI MHUX AFFETT MINN DIVIZJONI TAL-OGGETT LOKAT - SERVIGI, KONKUBINAT - SUCCESSJONI, KONKUBINAT - SUCCESSJONI, LEGAT TA` HWEJJEG TA` HADDIEHOR - META D-DE CUIUS IKOLLU SEHEM JEW JEDD FUQ L-OGGETT TAL-LEGAT - SUCCESSJONI, LEGITTIMA - NATURA TA`
Summary
Il-konkubinat ut sic ma jirrendix lill-konkubini inkapaci li jaghmlu liberalitajiet lil xulxin; ghalhekk il-konkubina mhijiex inkapaci li tikkonsegwixxi legat lilha mholli minn dak li tieghu kienet konkubina.

Biex disposizzjoni testamentarja bhal din maghmula favur konkubina tista' tigi annullata hemm bzonn li jigi provat li d-disposizzjoni hi l-effett ta' raggiri uzati mill-konkubina.

L-Artikolu 696 tal-Kodici Civili jipprovdi illi "il-legat tal-haga ta' haddiehor ma jiswiex hliefjekk ikun dikjarat fit-testment illi t-testatur kien jaf illi l-haga kienet ta' haddiehor, u mhux tieghu ...";

Jekk it-testatur ikollu sehem mill-oggett tal-legat, jew dritt fuq l-istess, il-legat huwa validu relattivament ghal dak is-sehem jew dritt, sakemm ma jkunx gie espress fit-testmentli t-testatur kien jaf li l-oggett legat ma kienx kollu tieghu.

Qabel l-emendi apportati ghal Kodici Civili bl-Att XLVI ta' l-1973 kien hemm zmien fejn il-Qrati taghna kienu konkordantement jirritjenu illi r-regola stabbilta fl-Artikolu 696 succitat ma kienetx applikabbli ghal dawk id-disposizzjonijiet testamentarji tar-ragel li jkollhom bhala oggett beni tal-komunjoni ta' l-akkwisti. Danghaliex f'kaz simili kienet tigi applikabbli n-norma tal-ligi prevvista fl-Artikolu 1371 li kien jghid li "jekk ir-ragel jiddisponi mill-akkwisti b'testment, id-disposizzjoni tieghu ghandha effett basta l-mara tieghu tigi kompensata tas-sehem li jkun jmissha. Din id-disposizzjoni giet abolita bl-Attimsemmi ta' l-1973 u ghalhekk d-dikjarazzjoni sancita fl-Artikolu 696 giet reza applikabbli anke fil-kaz ta' laxxitu ta' beni tal-komunjoni;

Ma jistax jkigi konkluz li kull obbligazzjoni assunta minn ragel a favur mara li maghha huwa jkollu relazzjoni illecita hija necessarjament fondata fuqkawza illecita.

L-iskop tas-servigi, donazzjonijiet jew servizzi jiddependi mill-provi u mill-konvinciment morali li jitnissel fil-gudikant minn dawk l-istess provi.

Fil-kuntest ta' ragel u mara li jikkoabitaw flimkien, il-mara ma tistax tippretendi kumpens ghal servigi mill-assi tar-ragel, bhal ma go familja legali huwa nkoncepibbli illi dak li taghmel il-mara ghal zewgha jikkostitwixxi servigi li jsiru bl-idea li dawn jigu kompensati, daqshekk iehor jista' jinghad li l-konvenutaqatt kellha l-intenzjoni li tithallas tas-servigi.

Kirja ta' fond li jifforma parti mill-beni in divizjoni ghandha tigi rispettata.

Il-legittima hija debitu tat-testatur. Din tissuponiwirt miftuh ghaliex il-legittima m'hi xejn hlief porzjoni, tal-porzjoni li kienet tkun dovuta lill-legittimarju b'successjoni legittima. Kull dritt li jista' jkollu l-legittimarju jinsorgi mal-mewt tad-de cuius.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info