Reference: 1354/2002

Judgement Details


Date
17/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
GRECH ALISON vs GRECH KARL JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KONTUMACJA, APPLIKAZZJONI UNIFORMI TA` - KONTUMACJA, GUSTIFIKAZZJONI GHAL - KONTUMACJA, META TKUN KOLPUZA - KONTUMACJA, PRINCIPJI REGOLATURI - KONTUMACJA, RATIO TAL-ISTITUT
Summary
F'dak li jirrigwarda gustifikazzjoni tal-kontumacja, min-naha wahda l-Qorti trid ikollha konvinciment morali tal-aspett negattiv tal-konvenut, sabiex jigi osservat il-principju 'audi alteram partem' umin-naha l-ohra ma jridx ikun hemm negligenza tal-parti jew tal-mandatarju taghha, ghaliex allura minflok il-prova tal-kawza gusta jkun hemm 'il-culpa' u f'dak il-kaz il-persuna ma tkunx tista' tilmenta minn xejn ghaliex "qui culpa sua damnum sestit non videtur damnum sentire".

L-Artikolu 187 (1) tal-Kap. 12 ghandu jiftiehem fis-sens illi jekk il-konsenja tal-kopja tal-att issir lil wahdamill-persuni ndikati mill-ligi ghandu jigi prezunt ghall-finijiet tan-notifika illi hija waslet ghand id-destinatarju. Dan pero`, ghall-finijiet tal-purgazzjoni tal-kontumacja (ezercizzju li prattikament jippistula notifika procedurali valida, ghax altrimenti l-persuna nteressata timxi proceduralment mod iehor) ma jipprekludiex lill-persuna li kellha tigi u guridikament giet notifikata izda qattma giet murija l-att mill-persuna li rcevietu u bil-ligi setghet tircevih, illi fil-kazijiet kongruitfittex l-imsemmija purgazzjoni.

Meta jkun "hemm inkompetenza u/jew negligenza da parti ta'l-addetti tal-konvenut, pero` ma jidhirx li sal-mument li kien ghaddej it-terminu ta' 20 jum kellu xi kontroll jew mezz l-istess konvenut biex jirrispondi". Jekk ma jkunx hemm ebda nuqqas da parte tal-persuna notifikata li jista' jammonta ghall-culpa:- ma ghandu jkun hemm ebda ostakolu li l-kontumacja titqies li giet gustifikata.

L-istitut tal-kontumacja huwa mizura punittiva necessarja biex tassigura serjeta' fil-proceduri u rispett dovut lejn l-atti emessi mill-Qorti. Mill-banda l-ohraproprju minhabba s-sanzjoni spiss irriversibbli li timporta, hi tifhem li r-rigorosita' tal-procedura ghandha tigi applikata w interpretata b' mod restrittiv fis-sens li fejn il-Qorti tkun sodisfattali ma kien hemm l-ebda nuqqas da parti tal-persuna notifikata li jista' jammonta ghall-culpa anki ghax ma jistax ikun hemm kolpa fejn ma kienx hemm il-konoxxenza tan-notifika ta' l-att bhala fatt, maghandu jkun hemm l-ebda ostakolu li l-kontumacja titqies li giet gustifikata.

Il-principji li jirregolaw lil dan l-istitut huma s-segwenti:-

1. Il-kontumacja ma tistax tigi ritenuta u gustifikata jekk kienet volontarja.

2. Lanqas tigi gustifikata jekk kienet almenu kolpuza.

3. Biex ikun hemm lok ghall-gustifikazzjoni hemm bzonn li tigi pruvata kawza gusta.

4. Din il-kawza gusta ghandha tkun tikkonsisti f' impediment legittimu.

5. L-impediment biex ikunlegittimu ghandu jkun indipendenti mill-volonta' tal-kontumaci.

6. L-izball ma hux impedimentlegittimu jekk ma jkunx zball invincibbli ghaliex ikun vincibbli allura jigi ekwiparat ghall-kolpa.

7. Dan l-impediment legittimu jista' jkun kif intqal, "una necessita' impellente di chiamataad altri doveri imprescindibili".

8. L-impossibilita' li wiehed jidher ghas-subizzjoni jew almenu d-diffikolta gravi, biex tista' tikkostitwixxi mpediment legittimu ghandha tkun fizika u eccezzjonalment biss tista' tkun morali.

M'hjemmx dubju wkoll li l-kuncetti dwar il-gustifikazzjoni tal-kontumacja japplikaw l-istess ghall-kawzi kollha quddiem dawn il-Qrati, inkluzi kawzi ta' separazzjoni personali u kawzi ohra dwar il-familja, stante li l-ligi ma taghmel ebda eccezzjoni ghall-applikazzjoni ta' dawn il-principji ghall-kazijiet dwar separazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info