Reference: 590/1997/1

Judgement Details


Date
20/06/2003
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
BUSUTTIL IGNATIUS SIVE NAZJU vs L-AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PROCEDURI GHAL DISPREZZ - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PROTEZZJONI MINN ARREST JEW DETENZJONI ARBITRARJA - PROCEDURI GHAL DISPREZZ - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - PROCEDURI GHAL DISPREZZ
Summary
L-artikolu 988 tal-Kap. 12 jipprovdi li jmiss lill-imhallfin u lill-magistrati li jaraw li tinzamm il-bon-ordni waqt is-seduti u imiss lilhom ukoll li jipprovdu ghall-manteniment tal-bon-ordni u tad-dekor waqt l-istess seduti. Ma hemmx dubju li gudikant ghandu jassigura li dawk kollha li jidhru quddiemu bl-imgieba taghhom u b'ilbieshom juru r-rispett li jixraq lill-istituzzjoni essenzjali bhal mahi l-Qorti;

L-artikolu 991 jipprovdi li imhallef u magistrat jistghu jikkundannaw minnufih ghall-piena ta` l-ammenda, tal-multa, jew tad-detenzjoni skond il-Kodici Kriminali kull min bi kliem jew b`ghemil mhux xieraq waqt is-seduta, jaghmel xi att ta` disprezz tal-qorti. Ghalhekk il-magistrat, li jispetta lilu li jzomm il-bon-ordni fl-awla, jista jikkundanna minnufih ghad-disprezz tal-Qortidak l-agir li ma jkunx rispettuz lejn il-qorti cioe dik l-imgieba mhux xierqa li tkun qed issehh f'wicc il-Qorti "in faciem curiae";

L-imsemmi artikolu 5 tal-Konvenzjoni jistipula li hadd ma ghandu jigi privat mill-liberta' tieghu. L-istess artikolu pero' jipprovdi ghal xi eccezzjonijiet fosthom id-detenzjoni, skond il-ligi, ta' persuna wara li tinsab hatja minn qorti kompetenti u d-detenzjoni ta` persuna ghal nuqqas ta` tharis ta` ordni, skond il-ligi, ta` qorti. Ghalhekk il-proceduri in kwestjoni huma eskluzi mill-applikabilita' ta' dawn il-provedimenti. Fil-kaz in esami ir-rikorrenti nstab hati skond il-ligi min qorti kompetenti. Inoltre kien hemm ordni legittima tal-Qorti intizasabiex tigi assikurata il-buon ordni u d-dekor fl-awla u kien hemm nuqqas da parti tar-rikorrenti lijharres dik l-ordni.

L-Artikolu 6 jipprovdi li fid-decizjoni tad-drittijiet u obbligi civili jew ta' akkuzi kriminali kullhadd ghandu id-dritt ghal smigh imparzjali u pubbliku minn tribunalindipendenti u imparzjali mwaqqaf b'ligi;

Fil-kaz ta' proceduri ghal disprezz tal-awtorita'tal-Qorti il-ligi stess (artikolu 991 gia citat) tipprovdi li l-Qorti tista minnufih tikkundanna l-persuna koncernata ghall-piena ta` l-ammenda, tal-multa, jew tad-detenzjoni, f'dawk il-kazijiet li jigru "in faciem curiae" fejn bi kliem jew b`ghemil mhux xieraq jigi kommess xi att ta` disprezz tal-qorti;

Gie diversi drabi deciz li l-imsemmija provedimenti tal-artikolu 6 ma japplikawx ghal kazijiet ta' disprezz lejn l-awtorita tal-qorti u ghalhekk f'dawn l-istess kazijiet ma jistax jkun hemm lezjoni tad-drittijiet sanciti b'dan l-artikolu.

F'dawn id-decizjonijiet intqal ukoll li hemm dubju jekk proceduri ghad-disprezz tal-qorti ghandhomx jitqiesu bhala essenzjalment penali fin-natura taghhom. In effett il-provedimenti li jittiehdu minn qorti li jemergu mid-dover inerenti tal-istess Qorti li zzomm il-buon ordni u li tassikura andament gust tal-proceduri li jkunu qed isiru quddiemha, huma iktar fin-natura taghhom esercizju ta' poteri dixxiplinari milli imposizzjoni ta' sanzjoni ghar-reat kriminali;

L-artikolu 7 tal-Konvenzjoni jipprovdi, fost affarijiet ohra, li hadd ma ghandu jitqies li jkun hati ta` reat kriminali minhabba f`xi att jew omissjoni li ma kinux jikkostitwixxu reat kriminali skond il-ligi fil-hin meta jkun sar l-istess att. Il-proceduri ghad-disprezz tal-qorti m'ghandhomx jitqiesu li huma fin-natura taghhom penali. Ghalhekk jidher ukoll li dawn il-provedimenti mhux applikabbli ghal dan il-kaz;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info