Reference: 300/2002

Judgement Details


Date
06/06/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs TURNER ETIENE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, TEST XJENTIFIKU - SEWQAN, TEST TAN-NIFS - POST FEJN L-EZAMI JRID ISIR
Summary
Ghall-fini tar-reat kontemplat fl-Artikolu 15A(1) tal-Kap, 65 jista' jittiehed in konsiderazzjoni anke r-rizultat tar-roadside test li flimkien ma' provi ohra jkunu juru lil hinn minn kull dubbju dettat mir-raguni li s-sewwieq ma kienx f'kundizzjoni li jsuq minhabba xorb. Fil-kaz in dizamina din il-Qorti tara li fuq il-provi li rrizultaw l-ewwel qorti ma setghetx tillibera mill-ewwel imputazzjoni,imputazzjoni li tipotizza proprju r-reat kontemplat fl-imsemmi Artikolu 15A(1) tal-Kap. 65.

Is-subartkolu (5) tal-Artikolu 15E jipprovdi li "l-analizi ta' xi kampjun." li jinghata skond id-disposizzjonijiet tal-imsemmi Artikolu 15E ".ghandu jsir f'laboratorju li jigi approvat b'ordni tal-Ministru li jigi pubblikat fil-Gazzetta [tal-Gvern].".

Huwa veru li l-paragrafi (a) u (b) tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 15E donnhom jaghmlu distinzjoni bejn il-kampjuni tan-nifs (fejn jissemma'espressament l-istrument li bih dawn il-kampjuni ghandhom jigu analizzati) u l-kampjun tad-demm u z-zewg kampjuni ta' l-urina (fejn jinghad li dawn ghandhom jigu analizzati ".fil-laboratorju."). Pero` jekk wiehed jara l-Avviz Legali relattiv, ir-regolamenti jissejhu proprju "Regolamenti dwar Strumenti u Laboratorji ghat-Testijiet tan-Nifs". Apparti li dawn ir-regolamenti kellhom proprjament jirreferu ghal "analizi" u mhux "testijiet", l-enfazi kjarament qieghda fuq "in-nifs", u ghalhekk kwasiasi dubbju li seta' kien hemm dwar jekk l-analizi taz-zewg kampjuni tan-nifs ghandhiex issir ukoll fil-laboratorju approvat mill-Ministru tnehha mill-istess legislatur.

Testijiet li jsiru fi bnadi ohra huma kontra l-ligi u allura mhux ammissibbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info