Reference: 1094/2002

Judgement Details


Date
05/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
SAMMUT EMANUEL ET vs SAMMUT JOSEPHINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT KAWTELATORJU, GARANZIJA - MANDAT KATWELATORJU IEHOR - MANDAT KAWTELATORJU, PENALI - MANDAT KAWTELATORJU, REVOKA TA`
Summary
Mid-disposizzjoni tal-artikolu 836 tal-Kap. 12 dwar it-thassir ta' atti kawtelatorju jidher li l-unika ezami li trid taghmel din il-Qorti huwa dak biss ta' prima facie, u dan ghaliex il-mertu kollu jigi nvestigat fil-kawza propja bejn il-partijiet, u ghalhekk hemm limitazzjoni sinifikanti fl-ezami li trid taghmel il-Qorti f'dan l-istadju, u dan tenut kont li hawn si tratta dejjem ta' procedura preliminari, li ghad qed tistenna l-ezitu finali tal-kawza proprja.

Il-Qorti irriteniet li l-pretensjoni ta' l-intimati kienet sufficjentement kawtelata b'somma ta' flus mizmuma f'Term Deposit account li kien milqut b'mandat ta' sekwestru prezentat minnhom ukoll.

Il-fatt li l-flus kienu depositati f'Term Deposit accounts ma kienx ta' ebda ostakolu ghar-rifuzjoni ta' dawk il-flus. F'kazta' ordni mill-qorti biex dawk il-flus jigu depositati sabiex il-kredituri jkunu jistghu jigu sodisfatti mid-depositu, il-Bank irid jiddeposita, u dan anke jekk, b'rizultat ta' dan, ikun qed icahhad lid-depositant mill-imghax fuq dawk il-flus mill-ahhar skadenza tal-kontijiet.

Il-biza' li dawk il-flus jista' jinghataw bi plegg mir-rikorrenti ghal xi facilita' li tista' tiehu mill-Bank, setghet wkoll tigi obviata bis-sejha tad-depositu, ghax b'dan il-mod, il-Bank ma jibqghax fil-pussess ta' dawk il-flus u ma jkunx jista' jiehu plegg taghhom.

Il-probabilita' li r-rikorrenti tiehufacilita' bankarja u tiggarantixxi dik il-facilita' lilha koncessa b'ipoteka generali favur il-Bank, kienet wahda reali, pero', jekk kieku gara hekk, dik l-ipoteka kienet tolqot l-assi kollha tar-rikorrenti u setghet tolqot, allura, anke l-oggetti maqbuda b'dan il-Mandat ta' Qbid. Fi kliem iehor,iz-zamma ta' dan il-Mandat ta' Qbid setghet wkoll tirrizulta inutili jekk xi Bank jakkwista xi priorranking fuq l-assi tar-rikorrenti, u ghalhekk din il-possibilita' m'ghandhiex tintuza biex jigu mizmuma l-assi kollha tar-rikorrenti.

Fuq kollox, il-qorti irriteniet li ma setghetx timxi fuqkongetturi jew probabilitajiet, izda kellha tagixxi fuq dak li rrizulta fl-atti tal-kawza.

Il-Mandati kawtelatorji qeghdin hemm biex iservu ta' tarka ghal min jippretendi li hu kreditur, pero',m'ghandhomx jintuzaw bl-addocc u lanqas m'ghandhomx jintuzaw bi skop li jwegghu jew ipattu, aktar milli jikkawtelaw. Anke jekk id-diversi Mandati li tipprovdi l-ligi jinhargu kontestwalment, hu dmirtal-kreditur li jsegwi l-effetti tal-Mandati u jekk jara li gie kawtelat aktar milli mehtieg, hu stess ghandu jiehu l-inizjattiva biex jitlob it-thassir ta' dawk il-Mandati "zejda", biex b'hekk ma jkunx hemm irbit aktar milli hu mehtieg.

F'dan il-kaz, l-intimati mhux biss talbu l-hrug ta' danil-Mandat ta' Qbid meta kienu jafu, jew messhom kienu jafu, li gew sekwestrati flus bizzejjed biexjikkawtelaw il-pretensjoni taghhom, izda lanqas ma hadu l-inizjattiva li jirtiraw dan il-Mandat metarrizulta li l-flus pretizi kienu disponibbli u setghu jigu facilment salvagwardati b'sejha lill-Bank ghad-depositu.

Il-hrug u, wisq aktar, iz-zamma fis-sehh ta' dan il-Mandat ta' Qbid, gew ritenuti bhala atti vessatorji, jekk mhux malizzjuzi, u talba tar-rikorrenti ghal-hlas ta' penali gietritenuta bhala gustifikata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info