Reference: 136/1999/1

Judgement Details


Date
02/06/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BRIFFA CARMELO vs BUTTIGIEG VINCENT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA
Summary
L-Artikolu 9 (a)(i) tal-Kap 69 jipprovdi illi sid il-kera ghandu dritt jirriprendi l-pussess tal-fond lokat "jekk il-kerrej, fil-kors tal-kiri ta' qabel, ma jkunx hallas puntwalment il-kera". Puntwalita` jew ahjar nuqqas taghha mfissra mil-ligi fis-sens illi sid il-kera dwar kull wahda minn zewg skadenzi jew izjed ikun interpella lill-kerrej biex ihallas u dan ikun naqas milli jaghmel dan fi zmienhmistax il-jum mill-interpellazzjoni.

Huwa car mill-qari ta' dan id-dispost illi l-morozita`ma hijiex proprjament nuqqas ta' hlas 'sic et sempliciter', imma nuqqas ta' hlas fit-termini preskritti, dekorribbli mill-interpellazzjoni.

Il-ligi ghalhekk ma tippenalizzax id-dewmien izda n-nuqqas tal-osservanza ta' l-interpellazzjoni ghall-hlas. Wiehed allura jrid per forza jara u jaccerta ruhu jekk saretx l-interpellazzjoni u fuq kollox jekk din saretx skond il-ligi, in kwantu jekk jirrizulta li din ma saretx, jew tinsab kontestata, allura ma tkunx tista' imbaghad tipproduci ebda konsegwenza.

Trattandosi ta' kondizzjoni espressament imposta mil-ligi ghal finijiet tad-dekadenza minn dritt importanti li l-ligi in generali saret biex tipprotegi, wiehed ghandu jkun ferm rigoruz fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni taghha.

Anke jekk hemm dubju fl-interpretazzjoni, dan id-dubju ghandu jmur favur il-kerrej, illi minhabba dik l-interpretazzjoni l-ohra jista' jigi jitlef il-pussess tal-fond.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info