Reference: 372/1999/2

Judgement Details


Date
02/06/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
COMMONWEALTH EDUCATIONAL SOCIETY LTD vs CAMILLERI ADRIANA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATTI GUDIZZJALI, FORMALITAJIET RIKJESTI META PREZENTATI F`ISEM PERSUNA LI JINSABU BARRA MILL-GZEJJER TA` MALTA U GHAWDEX - RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI, NATURA TAL-PROCEDURI - RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU
Summary
L-istitut tar-ritrattazzjoni li, kif pacifikament akkolt, dejjem gie meqjus bhala wiehed straordinarju, governat minn regoli ta' interpretazzjoni strettissima. Anzi, fil-verita`, l-Qrati taghna dejjem ammonew illi ma ghandux jigi konsentit illi taht il-pretest tar-ritrattazzjoni l-litigant sokkombent jerga' jiftah il-kawza berah, u b'hekk jigi indirettament krejat tribunal tat-tielet istanza.

Is-subinciz (e) ta' l-Artikolu 811 tal-Kap. 12 jaghti lok ghar-rimedju ta' ritrattazzjoni "jekkis-sentenza tkun applikat il-ligi hazin". Il-ligi tissokta, imbaghad, tiddefinixxi l-limiti ta' danis-subinciz billi tipprovdi s-segwenti:-

"Ghall-finijiet ta' dan il-paragrafu, jitqies li kien hemm applikazzjoni hazina tal-ligi, fil-kaz biss li d-decizjoni, meta l-fatt kien tassew kif stabbilit fis-sentenza attakkata, ma tkunx skond il-ligi, basta li l-kwistjoni ma tkunx dwar interpretazzjoni ta' ligi, li fuqha l-Qorti tkun espressament tat decizjoni".

Il-kazistika taghna fuq din id-disposizzjoni hi wahda abbundanti u, kif ser jintwera, nkwadrata b'dawn ir-riflessjonijiet alkwantu restrittivi:

1. Hemm biss applikazzjoni hazina tal-ligi fit-termini ta' dan is-subincizmhux meta jkun hemm interpretazzjoni hazina tal-ligi applikabbli ghall-fatti imma biss meta ma tkunxgiet applikata l-ligi gusta ghal dawk il-fatti;

2. Irid jigi provat li l-Qorti applikat il-ligi l-hazina u mhux li applikat il-ligijiet taghha b'mod hazin.

3. L-ipotesi ta' applikazzjoni hazina ta' ligi tikkonkreta ruhha meta hemm vjolazzjoni manifesta tal-ligi, u mhix soggetta ghall-interpretazzjoni, razjocini jew argomenti.

Min jipprezenta att gudizzjarju jrid ikun prezentifil-gurisdizzjoni Maltija fil-mument tal-prezentazzjoni ta' l-att u jekk ma jkunx, allura l-att ghandu jigi prezentat permezz ta' mandatarju jew prokuratur. Jekk dan ma jsirx dak l-att jigi ritenutnull. Il-Qrati taghna kienu jakkordaw biss certa liberalita` ta' gudizzju fejn wara l-prezentata valida ta' l-att promotur, dak li jkun jassentixxi ruhu temporanjament fil-kors tal-proceduri u fl-intervall jigu ntavolati atti ohra f'ismu. F'kazijiet analogi, kif bosta drabi ritenut, il-mandat ta' l-avukat jew prokuratur legali ma jispiccax u lanqas jigi sospiz bis-safar tal-mandanti. U allura dawn, in forza tal-Art. 180, jistghu jipprezentaw skritturi ghall-mandanti taghhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info