Reference: 1699/1994/2

Judgement Details


Date
29/05/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
PAPAGIORCOPULO GEORGE vs MAGRO JIMMY ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN LIBERTA` TA` ESPRESSJONI U DRITTIJIET TAL-PRIVAT - LIBELL, FAIR COMMENT - LIBELL, INNUENDO - LIBELL, KORRETTEZZA TAL-FATTI - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL, MALAFAMA
Summary
Fost il-principji llum stabbiliti jinghad illi l-iktar wiehed mill-importanti huwa il-bilanc li jridjinzamm bejn il-bzonn li is-socjeta` demokratika jithalla spazju sufficjenti ghall-liberta` li wiehed jikkritika u li jsemmi l-opinjoni u l-gudizzju tieghu, mal-bzonn l-iehor, xejn anqas mehtieg, tad-difiza tar-reputazzjoni, l-unur, l-isem tajjeb, li kull persuna f'socjeta` demokratika ghandu kulldritt li jgawdi.

Huwa ghalhekk car li daqs kemm hija mehtiega l-liberta` tal-espressjoni, hekk ukoll hija essenzjali u huwa ukoll dritt inaljenabbli, li wiehed jipprotegi l-fama tieghu, bil-mezzi legali kollha disponibbli.

Kulhadd huwa liberu sabiex jaghti l-opinjoni tieghu u anke jaghti gudizzju tieghu, pero` tali espressjoni ma ghandha qatt twassal sabiex jigu attribwiti atti lil xi persuna, b'mod li jattakkaw ir-reputazzjoni tal-istess u l-fama tieghu, meta tali atti lanqas ikunu veri.

Il-linja medjana fejn proprio id-dritt ta' espressjoni libera taccedi dak ragonevoliu ghandha tigi punita, ghax issir minflok ksur tad-drittijiet ta' haddiehor; huwa propriofejn l-espressjoni tigi bbazata fuq fatti skorretti.

Fdan il-kuntest id-differenza bejn "allegazzjoni ta' fatt" u "comment" hija wahda illum stabbilita fil-giurisprudenza taghna.

F'materja ta' ngurja bl-istampa ghandha issir distinzjoni bejn "allegation of fact" u dak li huwa "comment". Biex tirnexxi d-difiza tal-verita` tal-konvicju, il-fatt ghandu jigi ppruvat. Il-'comment' biex ikun gustifikat irid ikun "fair and bona fide", u ma jistax ikun "fair u bona fide" jekk il-fatt attribwit lill-kwerelant ma jkunx veru.

Ghalhekk ma tistax tirnexxi l-eccezzjoni tal-'fair comment', "jekk majigux ippruvati sodisfacentament, il-fatti addebitati lill-kwerelant, u ma tistax tirnexxi id-difiza tal-'justification' u jekk il-fatti ma jkunux veri, lanqas jista' jkun hemm 'fair comment'.

Sabiex isir dan l-ezami wiehed irid jiehu l-kliem fis-sens normali w ordinrju taghhom, u dan ifisser fis-sens li persuni ragjonevoli ta` intelligenza ordinarja, bit-taghrif generali u esperjenza tal-affarjiet mondani, x'xaktarx kienu ser jifmuhom, dan jista' jinkludi kull implikazzjoni jew inferenza li qarrej ragjonevoli immexxi mhux min xi taghrif specjali izda minn taghrif generali u mhux imxekkel b'xi regoli stretti ta' interpretazzjoni kien ser jifhem.

Anke jekk l-allegazzjoni ma tkunx giet espressament miktuba, izda mill-assjem tal-artikolu johrog car x'ikun qed jigi manifestamentimplikat, hemm kawza ta' libell, jekk tali allegazzjonijiet ma jigux ippruvati.

Dan jista' jsir ukoll pero` permezz ta' "innuendo". Il-kelma 'innuendo' tfisser is-sens li l-persuna ingurjata tirrevoka mill-kitba nkriminata u li hija trid li tigi milqugh mill-gudikant.

F'materja ta' ingurja permezz ta' l-istampa l-ingurja tista' tirrizulta permezz ta' 'innuendo'. L-'innuendo' jista'jkun ta' zewg xorta jigifieri:

(a) dak li permezz tieghu tigi identifikata l-persuna li ma tkunx issemmiet b'isimha, u

(b) dak li permezz tieghu jigi stabbilit is-sens tal-kliem ritenut ingurjuz mill-persuna li tippretendi li giet ingurjata.

Inoltre sabiex wiehed jasal biex jaghmel dan l-ezami jekk artikolu huwiex libelluz jew le wiehed "ghandu jhares mhux biss il-bran denunzjat, imma l-artikolu kollu kemm hu li jikkontjeni tali bran. U f'din il-materja hu elementari li wiehed jikkonsidra mhux dak li seta' talvolta kellu f'rasu min kiteb l-artikolu, imma dak li fil-fattkiteb, ghaliex dak li jaqra il-qarrej"

Meta l-ingurja hija diretta kontra persuna fizika, "il-margini ta' tolleranza twessa', u mhux kull kumment qawwi u anki azzardat jikkwalifika bhala ngurja", "dan li l-Qorti ghandha tippermetti l-attitudini fil-kritika li tista' tkun mhux biss iebsa izda wkoll azzardata entro l-limiti accettati tad-dicenza permessibbli f'socjeta` demokratika", u taliregoli ghandhom jigu applikati b'iktar wiesgha f'kazijiet li lejha hija ndirizzata tali kritika tkunta' certa notorjeta` pubblika, il-kritika tkun ta' interess pubbliku, u fejn il-kritika tkun ibbazata fuq u mibnija madwar fatti li jkunu sostanzjalment veri.

Ghal dak li jittratta dwar persuni pubblici tajjeb ukoll li wiehed izomm quddiem ghajnejh li fil-kuntest ta' kritika tal-istess persuni u politici u ta' l-operat taghhom, kienet u ghadha permessa l-attitudini wiesgha ta' fehmiet u opinjonijiet horox anke jekk mhux misthoqqa, u kultant ingusti.

Ir-restrizzjonijiet li taghmelil-ligi ta' l-istampa (Kap 248) ghandhom jigu nterpretati fid-dawl ta' l-artikolu 41 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll fl-isfond ta' l-artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif dan jigi nterpretat fil-gjurisprudenza tal-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet Umani.

Dan l-izvilupp fis-sistema legali taghna huwa zvilupp sinifikanti hafna ghal pajjizna billi ma jistaxma jkollux l-effett li jwessa' d-dritt ta' l-espressjoni. Madankollu f'dan l-izvilupp essenzjali l-istampa ma nghatat ebda passaport ta' immunita' billi tibqa' dejjem il-htiega li jinzamm sens ta' proporzjon bejn il-liberta` ta' l-espressjoni u c-censura tal-malafama. Dejjem jehtieg li jinzamm bilanc bejn il-bzonn li f'socjeta` demokratika jithalla spazju sufficjenti ghall-liberta` li wiehed jikkritika u li jsemmi l-opinjoni u l-gudizzju tieghu, ma' l-bzonn l-iehor, xejn anqas mehtieg, tad-difiza ta' reputazzjoni, unur u l-isem tajjeb li kull persuna f'socjeta` demokratika ghandha kull dritt li tgawdi.

Il-kritika hi fondamentali f'socjeta` demokratika, pero` dejjem hemm il-limiti. Dawn il-limiti f'kazijiet bhal dan li jkunu ta' nteress pubbliku generali, ghandhom ikunu wesghinkemm jista' jkun, b'mod partikolari meta hemm involuti persuni pubblici bhal ma huwa l-attur. F'danir-rigward il-Gately (op.cit.) jghid- 'In cases of comment on a matter of public interest the limits of comment are very wide indeed. This is especially so in the case of public men'. Il-Gately jispecifika inoltre illi - 'Unless there is some clear evidence of malice or some mistatement of fact, noaction should be commenced, however severe the terms of the criticism may be'. Ghar-rigward ta' x'jikkostitwixxi mistatement of fact l-istess Gately ighid- 'It is one thing to comment upon or criticise, even with severity, the acknowledged or proved acts of a public man, and quite another to assertthat he has been guilty of particular acts of misconduct'

Il-Qrati taghna segwew dawn l-insenjamenti u jista' jinghad li fid-dawl tal-gurisprudenza ricenti d-dritt ta' l-espressjoni permezz ta' l-istampa ghandu jinghata nterpretazzjoni wiesgha, b'tali mod li, skond ic-cirkostanzi partikolarital-kaz, kritika harxa w azzardata tista' tigi wkoll permessa dejjem sakemm din tkun entro l-limitita' dak li hu ragonevoli.

Il-ligi taghna mhix njara tal-kuncett ta' nteress pubbliku u l-fatt li persuni f'karigi pubblici w importanti necessarjament huma esposti ghal kritika. Infatti tammetti l-prova tal-verita` tal-fatti f'diversi kazijiet ta' personalitajiet pubblici. Pero` altru timputa fatt li temmen li hu veru u fil-fatt hu veru, u altru bl-aktar mod irresponsabbli dak li jigik f'mohhok tiktbu u tippubblikah minghajr ma jkun hemm imqar bazi ta' fondatezza f'dak li jigi asserit. Il-politika ta' "publish and be damned" qatt ma sabet sostenn fil-Qrati taghna.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info