Referenza: 412/2000/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/05/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
AZZOPARDI ANTHONY vs AZZOPARDI RITA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KUNTRATT, ANNULLAMENT TA` ATTI MAGHMULIN BIL-PERMESS JEW BL-AWTORIZZAZZJONI TAL-QORTI - KUNTRATT, VARJAZZJONI TA` KUNTRATT TA` SEPARAZZJONI - MANTENIMENT, NEMO AD IMPOSSIBILIA TENETUR - MANTENIMENT, OBBLIGU TAL-HLAS TA` - MANTENIMENT, VARJAZZJONI TA` MANTENIMENT BONARJAMENT KONVENUT
Fil-Qosor
Kontra l-atti maghmulin bil-permess jew bl-awtorizzazzjoni tal-Qorti, ma tistax tingieb il-prova lil-kunsens gie moghti bi zball, jew mehud bi vjolenza jew b'ghemil doluz, jew li l-att kien b'xi modta' hsara jew ta' pregudizzju.

Izda l-att jista' jigi mwaqqa` jekk jigi ppruvat illi l-permess jew l-awtorizzazzzjoni tal-Qorti gew moghtija minhabba dikjarazzjonijiet foloz jew minhabba li mantqalux xi cirkostanzi.

Huuwa eccezzjonalment li parti ghandha dritt titlob li f'kuntratt ta' separazzjoni bejn il-partijiet li kondizzjonijiet li jigu hekk pattwiti ma jibqghux japplikaw fil-konfront tal-kontendenti, u wahda minnhom hija necessarjament kull ftehim li jkun sar bejn il-genituri rigward l-kura u kustodja ta' l-istess, u dan ghar-raguni li f'dan il-kaz il-gid tat-tfal jista'jirrikjedi tali revizjoni tal-ftehim bejn il-partijiet, anke ghaliex l-interess suprem tat-tfal u ulied hija l-iktar haga li l-ligi u l-Qorti huma tenuti li jissalvagwardjaw u jipprovdu ghalih.

Dan fil-fatt huwa provdut fl-artikolu 61 tal-Kap 16 li jipprovdi li:-

"(1) Kull ftehim bejn il-mara u r-ragel dwar il-kustodja tat-tfal jista', f'kull zmien, fuq talba tal-mara jew tar-ragel, jew ta' xi qarib ta' xi hadd minnhom, jigi annullat mill-Qorti kompetenti, meta hekk huwa mehtiegghall-gid tat-tfal".

"(2) F'dak iI-kaz, il-qorti ghandha tiddecidi f'idejn min ghandhom jigumoghtijin it-tfal, u kif ghandhom jitmantnew u jigu edukati".

L-artikolu 21 tal-Kodici Civilijipprovi li l-manteniment jista' jigi mnaqqas jew imnehhi jekk min huwa obbligat li jaghti manteniment jigi fi stat li ma jkunx jista' jaghti manteniment.

Min huwa obbligat jaghti l-manteniment ma jistax ipoggi lilu nnifsu f'posizzjoni ta' impossibilita' (e.g. billi jabbanduna x-xoghol tieghu) b'mod kappriccuz.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni