Referenza: 33/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/05/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
TAYLOR EAST CLAUDIA vs KUMMISSJONI KONTROLL ZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, SETGHA LI JIKKONFERMA, JHASSAR JEW IBIDDEL DECIZJONI LI KONTRA TAGHHA JKUN SAR APPELL U JAGHTI DAWK ID-DIRETTIVI LI JIDHIRLU XIERAQ
Fil-Qosor
Il-gurisdizzjoni tal-Bord ta` l-Appell huwa delinjat mill-Artiklu 15 ta` l-Att Dwar l-Ippjanar ta` l-Izvilupp (Kap. 356 tal-Ligijiet ta` Malta). Din il-gurisdizzjoni hija sufficjentement ampja fiha nnifisha pero` tiehu tifsira aktar sinjifikattiva meta mehuda mal-paragrafu 6 tat-tielet skeda ta` l-istess Att li jghid "Il-Bord ikollu s-setgha li jikkonferma, ihassar jew ibiddel decizjoni li kontrataghha jkun sar Appell u jaghti dawk id-direttivi li jidhrulu xieraq". Dan il-paragrafu ghalhekk,jaghmilha car, kif ukoll irriteniet din il-Qorti f`diversi sentenzi precedenti taghha, illi il-poteri tal-Bord fil-konsiderazzjoni ta` aggravji mressqin quddiem mid-decizjonijiet ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar huwa mhux biss li jikkonferma jew ihassar dawn id-decizjonijiet izda ukoll li jista` ibiddilhom.

Il-poteri tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar ma humiex biss li jirrevoka u jhassarid-decizjoni ta' l-Awtorita` izda wkoll li jbiddilha, u jista' jaghti ordnijiet wkoll konfromi mad-decizjoni tieghu. Jekk -appell jigi trattat abbazi tal-istess fatti u pjanti li kienu sottomessi originarjament, u ghalhekk il-Bord ikun ta l-opportunita` tad-doppju ezami lill-partijiet, u ghalhekk bl-ebda mod ma jkun uzurpa l-kompetenza tieghu. Il-fatt li l-Bord ikun ordna emendi fil pjanti sottomessi appellat ma jibiddel xejn minn dan, anzi mid-disposizzjonijiet tal-ligi fuq indikati jidher carli l-istess Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar ghandu s-setgha jaghmel dan, iktar u iktar meta ibbazati fuq rakkomandazzjonijiet li jkunu saru mill-istess ufficjali tal-Awtorita` medessima.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni