Reference: 1560/1997/1

Judgement Details


Date
08/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
MIZZI ALFRED ET vs CORSO FRANK ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SERVITU`, DISTANZA LEGALI - TWIEQI
Summary
L-Artikolu 443 tal-Kodici Civili jiddisponi li:

(1) Is-sid ta' bini ma jistax jiftah twieqif'boghod ta' anqas minn sitta u sebghin centimetru mill-hajt divizorju.

(2) Fil-kaz ta' gallariji jew opri ohra bhalhom li johorgu 'l barra mill-hajt, il-boghod mehtieg taht is-subartikolu (1)ta' dan l-artikolu jitqies mill-linja ta' barra ta' dak il-genb tal-gallarija jew opra ohra mahruga'l barra, li tkun l-aktar qrib ghall-hajt divizorju, sal-linja ta' gewwa ta' dan il-hajt.

Id-dispozizzjoni tal-ligi ma tiddistingwi xejn bejn twieqi fuq il-faccata u twieqi fuq in-naha ta' wara tal-bini.

L-Artikolu 443 tant hu car, in kwantu jistabilixxi distanza legali facilment accertabbli, li ma jaghtix lok, u m'ghandux bzonn, ta' ebda ezercizzju ta' interpretazzjoni biex wiehedisib x'kienet l-intenzjoni tal-legislatur.

L-intenzjoni tal-legislatur hija cara bizzejjed.Meta l-legislatur impona certi distanzi minimi legali li ghandhom jigu rispettati f'dawn l-aperturili jkunu vicin l-hajt divizorju, huwa ried jillimita f'certa mizura d-dirtt assolut ta' proprjeta`,fl-interess recirporiku taz-zewg proprjetarji tal-fondi kontigwi. Billi din il-limitazzjoni tigi imposta fil-konfront ta' fond a vantagg tal-fond kontigwu, kien proprju ghalhekk li l-legislatur ipoggi d-disposizzjoni tal-ligi relattiva fit-Titolu IV tat-Tieni Ktieb tal-Kodici Civili, ezattament fis-sub-titolu I li jitkellem fuq is-servitujiet mahluqa mil-ligi.

L-Artikolu 443 jistabilixxiregoli fissi u certi biex kulhadd ikun jaf xi drittijiet u obbligi ghandu. Jaghmel dan fl-interesstal-ordni pubbliku. Fi kliem iehor, il-gar m'ghandux ghalfejn jipprova li qed isofri pregudizzju jekk id-distanza legali fil-bini ta' twieqi ma tinzammx mill-proprjetarju kontigwu. Diversament, wiehed mhux biss imur kontra l-kelma cara tal-ligi - haga li timpedixxi l-ermanewtika legali - izda wiehed jikkreja sitwazzjoni ferm incerta, b'detriment tal-ordni pubbliku, meta regoli cari u fissi imposti b'ligi jigu soggettati ghal interpretazzjonijiet soggettivi dwar l-ezistenza o meno ta' pregudizzju.

Id-disposizzjoni in kwistjoni ssemmi d-distanza legali li ghandha tigi osservata fil-bini ta' tieqa mill-hajt divizorju, u ma ssemmix li 'l hinn mill-hajt divizorju, fi proporjeta` tal-gar, ghandu jkun hemm u xi tieqa jew apertura ohra, sabiex din id-distanza legali ssir operattiva.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info