Reference: 1814/1997/1

Judgement Details


Date
08/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
FILATI LIMITED vs TRAMPS LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ENFITEWSI, KLAWSOLI KONTRATTWALI LI JESKLUDU L-QSIM TAC-CENS - ENFITEWSI, QSIM TAC-CENS
Summary
Is-subinciz (1) ta' l-Artikolu 1502 tal-Kodici Civili jghid espressament hekk: "Ic-cens ma jistax jinqasam minghajr il-kunsens tal-padrun dirett; izda jekk il-fond jigi trasferit lil, jew xort'ohra jkun il-proprjeta` ta', zewg persuni jew izjed separatament, il-padrun dirett ma jistax jirrifjuta l-kunsens tieghu ghal-qsim tac-cens jekk dak il-qsim isir sostanzjalment fl-istess proprozjoni tal-partijiet separati mizmuma mill-persuni li jkunu jehtiegu l-kunsens."

L-Artikolu fuq riprodott issostitwixxa dak li kien allura l-Artikolu 1583 tal-Kodici Civili in forza tal-Att XXVII tan-1976. L-Artikolu 1583(1) kien jghid hekk: "Ic-cens ma jistax jinqasam minghajr il-kunsens tal-padrun direttu jekk l-enfitewsi tigi ttrasferita lill-zewg persuni jew izjed, il-padrun dirett jista` jitlob c-cens kollu minghand kull wiehed li jkun mill-pussessuri, bla hsara tal-jedd ta' dan il-pussessur ghall-hlas lura minghand il-pussessuri l-ohra."

Din l-emenda, li kienet imnizla bhala klawsola numru 3 fl-abbozz li kien tressaq quddiem il-Parlament ghall-konsiderazzjoni tal-membri, kienet s-suggett ta' dibattitu fit-tul quddiem il-Kumitat tal-Kamra tad-Deputati fis-seduta li nzammet fil-21 ta'Gunju, 1976. Dan principalment minhabba l-fatt li tali emenda kienet ser tolqot b'mod determinanti d-drittijiet tal-padrun dirett sew minhabba li kienet ser iggib spezzettament tac-cens kif ukoll minhabba l-perikolu li parti mill-art koncessa u soggetta ghar-rata taghha ta' cens tista' tigi dedikataghat-triq bil-konsegwenza li l-padrun dirett ma jkollux aktar il-garanziji ghal hlas tac-cens offruti mill-benefikati eretti fuq l-art mill-utilista. Finalment pero` kien hemm unanimita` fost il-membri presenti u l-proposta ghaddiet u eventwalment saret parti mill-Kodici Civili taghna bhala Artikolu 1502.

Minn qari akkurat tal-Artikolu 1502 fuq riprodott abbinat ma dak li kien jipprospetta l-Artikolu 1583 jidher li l-iskop ewlieni tal-emenda kien li titnehha s-solidarjeta` bejn id-diversi sub-enfitewti li kienet tissussisti kemm-il darba c-cens jigi trasferit lil aktar minn persuna wahda minghajr il-kunsens tal-padrun dirett. Infatti fl-Artikolu l-gdid l-enfasi mhux qeghda daqstantfuq il-kunsens tal-padrun dirett (ghalkemm l-Artikolu 1502 jibda bil-kliem "Ic-cens ma jistax jinqasam minghajr il-kunsens tal-padrun dirett" ) izda fuq l-obbligu tal-proporzjonalita`. Cioe` li kull enfitewta ghandu d-dritt li jittrasferixxi c-cens lill-izjed minn persuna wahda basta li meta jaghmelhekk ic-cens fuq l-art trasferita jkun jirrapresenta sehem realistiku mic-cens kollu li jaggrava l-art.

L-Artikolu 1499 jipprovdi illi r-regoli li jinsabu f'numru ta' disposizzjonijiet rigwardanti l-enfitewsi, fosthom l-Artikolu 1502, ghandhom jigu mharsa kollha u kull ftehim kontra ghalihomhu minghajr effett.

L-iskop ta' l-Artikolu 1499 tal-Kodici Civili huwa car billi ma hemm ebda lok ghall-interpretazzjoni, u ghalhekk kull divjet jew ostakolu ghad-dritt kontemplat fl-Artikolu1502 li jghati d-dritt lill-entitewta ghat-trasferiment tal-enfitewsi ghandu jkun minghajr effett.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info