Reference: 77/1998/2

Judgement Details


Date
12/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PALMAR LIMITED vs CIANTAR VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, PERIJODU DI FERMO - LOKAZZJONI, PERIJODU DI RISPETTO - RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI, STADJI TA` - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCINDENTE - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCISSORIO - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Summary
Fi procedura ghal smiegh mill-gdid ta' kawza jehtiegu zewg stadji. L-ewwel li tithassar is-sentenzata' qabel ("in rescindente") u wara li jsir is-smiegh mill-gdid ("in rescissorio").

Jekk allura ma jissemmiex l-ewwel stadju l-Qorti ma tistax tghaddi ghat-tieni wiehed. Ma jistax ikun hemm lok ghar-ritrattazzjoni ta' kawza qabel ma jkun hemm ir-revoka tas-sentenza li biha l-gudizzju kien definit, ghax dik is-sentenza, sakemm ma tigix annullata, hija ta' ostakolu ghar-ri-ezami tal-kawza, ul-esigenzi processwali f'materja ta' ritrattazzjoni ghandhom jigu, u dejjem gew, strettament interpretati, u l-Qorti ma tistax tiehu konjizzjoni ta' stadju li, ghalkemm indispensabbli, ma jinsabx fid-domanda.

L-Art 811(e) jippermetti s-smiegh mill-gdid tal-kawza fil-kaz li jkun hemm applikazzjoni hazina tal-ligi.

Dan id-dispost tal-ligi ma japplikax meta jkun hemm interpretazzjoni hazina tal-ligi.

Il-fatti kif stabbiliti fis-sentenza ritrattata ta' dina l-Qorti ghandhom jittiehdu bhala korretti, u la jistghu ghalhekk jigu kontestati u lanqas imqeghda fid-dubju.

Hemm lok ghas-smiegh gdid fuq il-bazi ta' applikazzjoni hazina tal-ligi mhux jekk il-Qorti tkun interpretat erronjament il-ligi applikabbli ghal meritu quddiemha imma biss jekk tkun applikat ghal dak il-meritu ligi zbaljata, u cjoe, ligi minflok ohra.

It-terminu "di rispetto" f'lokazzjoni huwa terminu konvenzjonali bhat-terminu "di fermo" izda huwa dipendenti fuq il-volonta` tal-konduttur. L-effett tat-terminu di rispetto huwa li una volta li jkun inbeda tali terminu id-durata ta' lokazzjonihija obbligatoria ghat-terminu kollu.

L-Artikolu 811(l) tal-Kap. 12 jiddisponi li sentenza tista' tigi ritrattata jekk kienet l-effett ta' zball li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza.

Tali zball irid ikun zball materjali ta' fatt u mhux zball ta' kriterju u ta' interpretazzjoni.

Biex zball rizultanti mill-atti tal-kawza jaghti lok ghal ritrattazzjoni jrid ikun jirrigwarda fatt li ma jiffurmax xi punt kontrovers li gie deciz mill-istess sentenza mpunjata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info