Reference: 1313/2000/1

Judgement Details


Date
12/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AZZOPARDI DR TONIO LL.D. vs CINI DANIEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, KUNCETT TA` EKWITA`
Summary
It-Tribunal ghal Talbiet Zghar ghandu jaqta' kull talba u kontro-talba li jkollu quddiemu principalment skond l-ekwita`. Dan hekk jipprovdi l-Artikolu 7 (1) tal-Kap. 380.

Din il-fakolta` hekkrikonoxxuta mil-ligi u affidata lill-Gudikatur ma tfisserx pero` illi l-parti hi ezonerata mill-obbligu li tforni dawk l-elementi probatorji essenzjali, anke jekk mhux l-ahjar prova, li del resto mhiex di rigore mehtiega (Art 9 (2)(b)), ghall-finijiet fl-ewwel lok tad-determinazzjoni tal-htija, u,sekondarjament, ghall-iskop tal-fissazzjoni u stabilizzar tad-dannu.

Invece is-setgha koncessa lill-Gudikatur biex jiddeciedi skond l-ekwita` necessarjment tfisser li hu ghandu l-obbligu li fid-decizjoni tieghu jiehu in konsiderazzjoni l-elementi tal-kaz konkret, hekk rimessi lilu ghal kriterju valutattiv prudenti.

Tinkorri fil-vjolazzjoni tal-Artikolu 7 fuq imsemmi u fil-vizzju tal-motivazzjoni dik id-decizjoni li wara li taghmel l-accertamenti taghha, tirrespingi d-domanda sempliciment fuq ir-riljiev li l-provi ma kienux sufficjentement precizi, u minghajr ma tipprocedi ghall-ezami ekwitattiv. Dan qed jinghad in kwantu, dejjem b'referenza ghall-Artikolu 9 (2)(b) surreferit,jinsab sancit illi l-Gudikatur "ghandu jitgharraf b'kull mod li jista' jidhirlu xieraq u ma jkunx marbut bil-prattika dwar l-ahjar prova jew dwar xiehda fuq kliem haddiehor jekk ikun sodisfatt li x-xiehda li jkollu quddiemu tkun bizzejjed veritiera li biha jista' jasal biex jaqta' l-kaz li jkun qedjitratta".

Dan kollu jfisser illi fil-valutazzjoni ekwitattiva l-Gudikatur irid joqghod fuqil-fatti kif jemergu mir-rizultanzi istruttorji tal-kaz. L-ezami ekwitattiv tieghu ghandu jibqa' mantenut fil-qafas tal-istess fatti u fil-parametri tal-principji legali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info