Reference: 161/1999/1

Judgement Details


Date
12/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AGIUS EMILY vs BORG HENRY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, IL-KAP. 158 JESKLUDI KULL LIGI OHRA F`KAZ TA` KIRJIET KOSTITWITI WARA ENFITEWSI TEMPORANEJA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA F`KAWZI TA` ZGUMBRAMENT MINN FONDI PROTETTI TAHT IL-KAP. 158 TAL-LIGIJIET TA` MALTA
Summary
Is-subinciz (2) ta' l-Artikolu 12 tal-Kap. 158 jipprovdi illi meta dar ta' abitazzjoni tkun inghatat b'enfitewsi temporanja u fit-terminu ta' dik l-enfitewsi kif stabbilit fl-istess artikolu, l-enfitewta li jkun jokkupa d-dar bhala residenza ordinarju tieghu, jkollu l-jedd li jibqa' jokkupa d-dar b'titolu ta' kera, bil-kera kif provvdut fl-istess disposizzjoni (i) u taht dawk il-kondizzjonijiet l-ohra li jistghu jigu miftehma bejniethom, jew, in assenza ta' ftehim, skond kif il-Bord jidhirlu xieraq (ii).

Dan ifisser illi dak li kien enfitewta jsir kerrej u jibqalu d-dritt li jibqa' juzufruwixxi u jgawdi l-fond, issa lokat, kif kien qed igawdih u juzah fil-mument meta skada c-cens.

Dan kollu ghandu jkun pacifiku. Kif hekk ukoll ghandu jkun pacifiku illi huma biss id-disposizzjonijiet tal-precitat artikolu 12 li ghandhom jimperaw. In effetti dan l-artikolu jibda biex jippreciza illi "minkejja kull haga li tinsab fil-Kodici Civili jew f'xi ligi ohra huma d-disposizzjonijiet li jsegwu li ghandu jkollhom effett dwar il-kuntratti ta' enfitewsi temporanja".

Hu bis-sahha ta' dan l-artikolu specjali li nholqot il-kirja. U hu daqstant ovvju li l-legislatur ried inehhi din il-kirja mill-parametri tal-Kap 69. Ligi specjali ukoll dan il-kap l-ahhar imsemmi li kkrejal-Bord li Jirregola l-Kera u affidatlu s-setgha ghal materja fiha kontemplati. Fil-kaz tal-Kap 158il-legislatur ma qalx li l-Bord ghandu l-awtorita` li jiddetermina kwestjonijiet li jinsorgu bejn is-sid u l-kerrej fil-kaz tal-lokazzjoni legali minnu mahluqa. Anzi, kif jista' jigi inferit minn subparagrafu (3) gie dettat illi d-disposizzjonijiet ta' l-Ordinanza li Tirregola t-Tigdid tal-Kiri ta'Bini ma ghandhomx japplikaw fil-kaz fejn fi tmiem l-enfitewsi l-fond ikun suggett ghal kirja.

Dan ghandu jkun hekk il-kaz anke fejn id-detentur ikun l-ex-enfitewta, in kwantu "dik il-gurisdizzjoni trid tigi dejjem konferita espressament, ghaliex altrimenti ghandu jitqies li l-ordinarju gurisdizzjoni ta' l-organizazzjoni gudizzjali, hija dik li ghandha l-awtorita`."

Dan il-hsieb jitrapela l-hin kollu mill-qari tad-diskussjoni Parlamentari fuq l-abbozz tal-ligi fl-1979.

Hekk per ezempju wkoll id-distinzjoni bejn il-Kap 158 u l-Kap 69 tidher bil-wisq ovvja fejn tikkoncernat-tifsira differenzjali ta' "kerrej" taht iz-zewg kapijiet. Dan ukoll iqieghed in risalt il-fatt illi l-legislatur ried jizgancja l-kirja l-wahda (dik krejata bl-Art 12 tal-Kap 158) mill-kirja l-ohra, kif regolata bil-Kap 69.

Distinzjoni ohra bazika, din id-darba emanenti mill-Kap 158 innifsu hi dik tal-kaz raffigurat fl-Art 5 riferibilment ghal fondi dekontrollati fil-kuntrast mal-Art 12 riferibilment ghat-titolu gdid - dak ta' lokazzjoni - hemm krejat. Dan dejjem b'referenza ghall-kwestjoni tal-kompetenza.

Fl-artikolu 5 tal-Kap. 158 il-ligi tikkontempla t-tigdid jew rilokazzjoni ta' kirja ta' fond dekontrollat. Sitwazzjoni din li takkorda kompetenza esklussiva lill-Bordli jirregola l-Kera.

Invece fl-Art 12 l-kirja mahluqa hi wahda originali regolata mill-Kodici Civili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info