Reference: 3/1998/1

Judgement Details


Date
12/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CARUANA CURRAN JOSEPH vs VELLA VICTORIA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
NOTIFIKA, DIRETTA - NOTIFIKA, INDIRETTA - NOTIFIKA, VALIDITA` TA` - RITRATTAZZJONI, NUQQAS TA` NOTIFIKA TAC-CITAZZJONI
Summary
Is-subinciz (b) tal-Artikolu 811 tal-Kap 12. jipprovdi li kawza tista' tigi ritrattata "jekk ic-citazzjoni ma tkunx giet innotifikata lill-parti telliefa, basta li din il-parti, ghad li ma tkunx gietinnotifikata, ma tkunx dehret fis-smiegh tal-kawza".

Dan id-disposittiv jippostula zewg elementi, u cjoe (1) li l-parti sokkombenti ma tkunx giet notifikata bl-att u (ii) li ghalkemm mhux notifikata ma tkunx ukoll dehret ghas-smiegh tal-kawza.

Il-Kap. 12 jipprovdi diversi metodi ta' notifika fejn l-att jigi konsiderat bhala notifikat.

Is-subinciz (1) tal-Artikolu 187 ta' dan il-Kodici hekk jipprovdi:-

"In-notifika ssir bil-kunsinna ta' kopja ta' l-iskrittura lill-persuna li lilha l-iskrittura ghandha tkun innotifikata, jew billi dik il-kopja tithalla f'idejn membrutal-familja jew tad-dar jew f'idejn wiehed fis-servizz ta' dik il-persuna jew f'idejn il-prokuraturtaghha jew persuna awtorizzata minnha biex tircievi l-posta taghha, fil-lok fejn toqghod jew tahdemjew fil-post tax-xoghol jew fl-indirizz postali taghha."

Ghalhekk in-notifika tista' ssir kemm direttament lill-persuna li ghandha tigi notifikata kif ukoll indirettament billi tithalla kopja ta' l-att gudizzjarju ma' dawk il-persuni indikati fl-istess artikolu bhala kapaci li jaccettaw in-notifika ta' att gudizzjarju.

Jekk il-persuna li tkun accettat in-notifika ta' l-att gudizzjarju tonqos milli tinforma lill-persuna koncernata, xorta wahda n-notifika tkun valida sakemm tali nuqqas ma jkunx impitabbli lill-parti l-ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info