Reference: 195/1998/1

Judgement Details


Date
12/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AGIUS GILIBERT ANTHONY ET vs CASSAR TORREGIANI PETER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ACCETTAZZJONI TA` KERA BLA PREGUDIZZJU GHAD-DRITTIJIET TAS-SID - LOKAZZJONI, ACCETTAZZJONI TA` KERA B`MOD INKONDIZZJONAT - LOKAZZJONI, ACCETTAZZJONI TA` KERA MHUX NECESSARJAMENT TIMPLIKA AKKWIEXXENZA JEW APPROVAZZJONI - LOKAZZJONI, ACCETTAZZJONI TA` KERA QABEL IL-PERIJODU TA` RILOKAZZJONI
Summary
Il-Qrati taghna diversi drabi ippronunzjaw ruhhom fuq ir-rinunzja tacita li tista' tidderivi mill-fatt tar-ricezzjoni tal-kera da parte tas-sid lokatur. Il-gurisprudenza hi fis-sens li l-lokatur jista' dejjem jircievi l-kera sat-tmien tar-rilokazzjoni bla ma jippregudika l-azzjoni.

Dan ghar-raguni illi "biex ikun hemm rinunzja tacita jehtieg li l-fatt ikun inkonciljabbli mal-konservazzjonitad-dritt; u l-fatt ta' min jircievi kera ghal perijodu tar-rilokazzjoni korrenti mhux inkonciljabbli mal-konservazzjoni tat-talba ghar-ripreza ta' pussess tal-fond u biex tigi impeduta r-rilokazzjoni ulterjuri tal-istess fond".

Invece, il-lokatur jippregudika ruhu meta jircievi ammont ta' kera li jmur 'l hemm mill-perijodu tar-rilokazzjoni. Biex dan il-pregudizzju ma javverax ir-ricezzjoni tal-kera tkun trid issir bla pregudizzju ghall-azzjoni minnu ezercitata ghall-izgumbrament tal-intimat.

Accettazzjoni minghajr riserva ma tistax tigi konciljata mat-talba tar-rikorrenti ghaliex mhux biss ma hijiex kompatibbli mat-talba taghhom izda wkoll ghax timplika rinnovazzjoni tal-lokazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info