Reference: 1119/1990/2

Judgement Details


Date
28/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CEFAI HARRY vs GALEA FRANCIS J TARCISIO NOE PRO ET N
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SENSERIJA, LOKAZZJONI - SENSERIJA, META MA JSEHHX KUNTRATT - SENSERIJA, META XI HADD JAGHTI SEMPLICEMENT INFORMAZZJONI
Summary
Is-sensal ma ghandux dritt ghas-senserija jekk huwa ma laqqax il-partijiet interessati fuq dawk l-elementi ta' l-operazzjoni klassikament imsejha 'is-sostanzjali u l-acidentali' tal-kuntratt.

Fejn tonqos din l-operazzjoni u allura d-dritt ghal senserija ma jkunx dovut, ikun hemm lok ghal kumpens f'kaz ta' inkariku espress jew tacitu u xi xoghol li jkun ghamel il-medjatur.

Bniedem lisempliciment jaghti nformazzjoni bla ma jaghmel xejn aktar jew ma jadoperax ruhu ma jidherx li jista' jkun intitolat ghal xi kumpens ghas-servigi.

Meta ma jkunx tort tas-sensal li ma jsirx il-ftehim, jew dan jisfratta, huwa xorta wahda ghandu dejjem dritt ghal hlas ta' kumpens in bazi tal-mandat jew lokazzjoni d'opera, fissabbli fid-diskrezzjoni tal-Qorti.

In bazi ghac-cirkostanzi kollha tal-kaz ghall-opra minnu prestata, ghalkemm mhux f'bosta kazijiet, xi sentenzi rritenew, illi l-ammont ta' kumpens hekk likwidabbli jista' f'certi kazi partikolari jasal ukoll ghall-ekwivalenza mis-somma li kienet tkun dovuta bhala senserija vera u proprja.

F'kaz fejn is-sensal ifittex id-drittijiet kontra z-zewg partijiet flimkien mhux meritu tal-kawza li l-Qorti tezamina bi htija ta'min sfrattat l-operazzjoni. Lill-partijiet issir rizerva reciproka, imma s-senserija jew kumpens huwa dovut mit-tnejn.

In materja ta' kirjiet id-dritt ta' senserija hu dipendenti minn naturatal-fond. Hekk jidher li fil-kaz ta' fond ta' residenza l-materja hi illum regolata bl-Att XVI ta'l-1944, fejn allura d-dritt ta' senserija jekwivali ghall-massimu ta' nofs xahar kera.

Inveceghal kirjiet ohra r-regola stabbilita fil-gurisprudenza hi li fin-nuqqas ta' ftehim jew uzu specjali, is-senserija fkirjiet anki ta' immobbli ghandu jigi regolat b'wiehed fil-mija tas-somma totali tal-kera ghad-durata kollha tal-kirja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info