Referenza: 4/2000

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/04/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A., CAMILLERI GINO, SCICLUNA DAVID
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs GODFREY LOPEZ
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DIFIZA TAL KOAZZJONI - L ARTIKOLU 33 (B) TAL KODICI KRIMINALI
Fil-Qosor
L-artikolu 33(b) tal-Kodici Kriminali jipprovdi li kull persuna tkun ezenti minn responsabbilta` kriminali jekk fil-waqt tal-att jew tan-nuqqas "kienet imgieghla b'forza barranija li ma setghetx tirrezisti ghaliha".

Din hija dik li fil-ligi nsejhulha d-difiza tal-koazzjoni, coactus bil-latin,bl-ingliz nghidulha coercion, he was coerced; u dan meta persuna tkun kostretta taghmel xi haga b'dan li ma jibqaghlha ebda xelta taghmel xi haga.

Dan l-artikolu tal-ligi mhux intiz biex jippremja, jikkondona, jew jassolvi lill-kodard, lill-bezziegh, lill-gifa, lil dak li l-isforz li kien mistenni minnu f'dik is-sitwazzjoni li kien jinsab fiha, forsi dik il-karika li kellu . jew bil-passili seta' ragonevolment jiehu, kien jista' jiffaccja dik il-forza u jghid le ghaliha. Ghalhekk il-ligi titkellem dwar forza rrezistibbli mhux semplicement li ma rrezistejtx.

Hija l-prosekuzzjonili trid tipprova, anke jekk permezz ta' provi indiretti, l-elementi kollha tar-reat sal-grad li trid il-ligi, u li jekk l-akkuzat jaghzel li jipprova xi haga huwa bizzejjed li jilhaq il-grad tal-probabbli




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni