Reference: 1081/2001/1

Judgement Details


Date
09/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
SCHEMBRI MARITA vs SCHEMBRI EMMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ZWIEG, NULLITA` MINHABBA DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA ESKLUZJONI POSITTIVA TAZ-ZWIEG JEW TA` XI WIEHED MILL-ELEMENTI ESSENZJALI
Summary
Il-kunsens ta' zewg persuni fir-rabta taz-zwieg jehtieg att volontarju li wiehed konxjament jinghaqad ma' persuna ohra bl-intenzjoni li jghix hajtu kollha ma' dik il-persuna u bejniethom jikkrejaw shubija fejn jaghtu lilhom infushom lil xulxin. Dan l-att jehtieg maturita' ta' hsieb u karattru talili l-persuna li tidhol ghaz-zwieg taghraf il-commitment li jikkomporta z-zwieg, u cjoe' commitment li tinvolvi partecipazzjoni attiva fil-hajja ta' familja.

Mill-gurisprudenza kostanti tal-Qrati Maltin jidher car illi l-kunsens moghti fil-kuntratt matrimonjali mhuwiex dak il-kunsens semplicirikjest fil-kuntratt in generali ghaliex il-kuntratt taz-zwieg huwa wiehed sui generis u ta' ordni pubbliku. Illi ghalhekk il-partijiet f'kuntratt ta' zwieg mhux biss irid ikollhom il-kapacita' li jaghtu dak il-kunsens, izda li l-istess irid jigi moghti bl-aktar mod liberu u xjenti ghal dak kollu li tirrikjedi r-rabta taz-zwieg.

Il-kuntratt taz-zwieg ghandu jigi apprezzat mhux biss bl-ghajnejn oggettivi tal-ligi, izda jrid isib is-sinifikat tieghu fir-relazzjonijiet ta' koppja u l-iskop ahhari taz-zwieg, cjoe' li tnejn min-nies jaghtu lilhom nfushom lil xulxin ad eskluzjoni ta' kollox u kulhadd. Meta ghalhekk ghal xi raguni jew ohra dak il-kunsens ma jkunx gie moghti bil-konoxxenza shiha ta' dak li jgib mieghu z-zwieg, allura jinholoq dubju kemm dak il-kuntratt matrimonjali huwawiehed validu.

Il-kuncett tad-discretio judicii ma jirrikjedix maturita' shiha u perfetta fuq dak kollu li jirrikjedi z-zwieg, izda konoxxenza shiha ta' dak kollu li jkunu dehlin ghalih il-partijiet u cjoe' ghall-obbligi u drittijiet konjugali kemm fil-prezent kif ukoll fil-futur. Inoltre l-partijiet irid ikollhom dik il-maturita' affettiva u cjoe' dak kollu li ghandu x'jaqsam ma' l-emozzjonijiet u s-sentimenti taghhom fil-konfront ta' xulxin. Jekk xi wahda minn dawn l-elementi hija b'xi mod nieqsa, allura hemm difett tad-diskrezzjoni tal-gudizzju kif rikjest mill-ligi.

Il-kuncett tad-diskrezzjoni tal-gudizzju fil-ligi civili jvarja xi ftit mill-kuncett kif espost fid-drittkanoniku ghaliex mentri d-dritt kanoniku jirrikjedi xi forma ta' difett psikologiku serju, fid-dritt civili dan mhuwiex il-kaz.

Dan l-impenn ghall-futur jittraduci ruhu fl-obbligazzjonijietessenzjali ghall-hajja taz-zwieg, fosthom il-fedelta' u fiducja, il-permanenza taz-zwieg, u fuq kollox il-benessere reciproku bejn il-mizzewgin, u cjoe' dawk l-obbligazzjonijiet li minghajrhom unjonintima bejn il-konjugi fl-aspetti kollha taghha ma tistghax issehh.

Dan ifisser illi l-partijiet irid ikollhom dik il-maturita' li taghmilhom kapaci jirriflettu fuq l-obbligi, d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet li ggib maghha l-hajja mizzewga u jkunu ghalhekk kapaci jerfghu u jwettqu l-istessmatul il-hajja matrimonjali taghhom.

Ghalkemm il-Kapitolu 255 tal-Ligijiet ta' Malta ma jaghtix definizzjoni ta' x'inhuma l-obbligazzjonijiet essenzjali taz-zwieg, kif stqarret dawn huma generalment meqjusa bhala dawk l-elementi li dejjem gew ritenuti bhala l-obbligazzjonijiet tal-hajja mizzewga u cjoe' dik l-unjoni permanenti, esklussiva w irrevokabbli, diretta ghall-komunjoni ta' hajja uprokrejazzjoni u t-trobbija ta' l-ulied.

L-artikolu 19 (1) (f) tal-Kap. 255 tal-Ligijiet ta'Malta jikkunsidra kemm is-simulazzjoni totali (colorem habens, substantiam vero nullam) kif ukoll dak parzjali (colorem habens, substantiam vero alteram) tal-kunsens.

Ikun hemm simulazzjoni meta, fil-mument tal-ghoti tal-kunsens matrimonjali parti jew ohra (jew it-tnejn) esternament turi liqed taghti l-kunsens matrimonjali izda nternament u b'att pozittiv tal-volonta' taghha tkun qed tichad il-kunsens ghal dak iz-zwieg (simulazzjoni totali) jew, dejjem b'dak l-att pozittiv tal-volonta',tkun qed teskludi xi element jew proprjeta' essenzjali ghaz-zwieg (simulazzjoni parzjali).

Meta wiehed jitkellem dwar l-eskluzjoni taz-zwieg jew wiehed mill-elementi essenzjali tieghu, wiehedirid jifli jekk il-kontendenti jew wiehed minnhom, allavolja hu kapaci jaghti kunsens validu ghaz-zwieg, pero' bl-atti tieghu qabel u fil-hajja mizzewga, jew bl-ommissjoni tieghu, eskluda a priori certu obbligi essenzjali tal-hajja mizzewga, cjoe', issimula l-kunsens tieghu totalment fejn eskluda apriori z-zwieg, jew inkella fejn waqt il-kunsens hu jew hi eskludew xi wahda jew aktar mill-elementiessenzjali tal-hajja mizzewga, u cjoe' saret simulazzjoni parzjali.

Taht l-artikolu 19 (1) (f) trid issir distinzjoni cara bejn zwieg li jfalli minhabba cirkostanzi li jirrizultaw waqt iz-zwieg, u zwieg li jfalli ghax xi wiehed mill-partijiet minn qabel ma ta l-kunsens tieghu, kien gja' mentalment dispost li ma jottemprax ruhu ma' xi wahda jew aktar mill-obbligi matrimonjali. Fl-ewwel ipotesi hemm ir-ragunijiet li jaghtu lok ghal separazzjoni u fit-tieni ipotesi hemm l-estremi tal-annullament.

Biex ikun hemm simulazzjoni totali irid jigi ppruvat li l-finis operis taz-zwieg gieeffettivament eskluz mill-vera rieda ta' parti jew ohra, ghalkemm formalment tkun sehhet ic-celebrazzjoni taz-zwieg. Jekk tmur ghac-cerimonja tat-tieg u nternament tissostitwixxi l-idejat tieghek fuqx'inhu zwieg jew inkella xort' ohra teskludi l-veru kuncett taz-zwieg, hi forma ta' simulazzjoni totali.

Hemm simulazzjoni meta l-atti, gesti jew kliem esterni ma jikkorrispondux ghall-kunsens intern li jkun inghata. Ghalhekk min esternament ikun wera li qed jaghti l-kunsens matrimonjali izda ikun internament u b'att pozittiv tal-volonta' tieghu qed jichad il-kunsens ghal dak iz-zwieg ikun qed jissimula l-kunsens tieghu.

Mill-banda l-ohra, meta nigu ghas-simulazzjoni parzjali, ucjoe' ghall-eskluzjoni pozittiva ta' xi wiehed jew aktar mill-elementi essenzjali tal-hajja mizzewga, l-elementi essenzjali taz-zwieg gew elenkati bhala l-kommunjoni tal-hajja konjugali, l-indissolubilta' tar-rabta taz-zwieg, id-dritt ghall-fedelta' u d-dritt ghall-prokrejazzjoni ta' l-ulied.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info