Reference: 191/2002

Judgement Details


Date
09/04/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA (SPT.A.P.MIRUZZI) vs BONETT SIMON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DROGA, KONFISKA TA` PROPRJETA`
Summary
L-Artikolu 22(3A)(d) tal-Ordinanza dwar Medicini Perikoluzi jipprovdi li:

(3A) Meta reat kontra din l-Ordinanza li dwaru persuna tkun instabet hatja ikun xi wiehed mir-reati msemmija fis-subarikolu (1) ta' l-artikolu 24A il-qorti ghandha, b'zieda ma' kull piena ohra, fis-sentenza taghha jew f'kull zmien wara, fuq it-talba tal-prosekuzzjoni:

(d) tordna l-konfiska favur il-Gvern ta' kull flejjes jew proprjeta` mobbli ohra, u tal-proprjeta` immobbli kollha tal-persuna hekk misjuba hatja wkoll jekk il-proprjeta` immobbli minn meta l-hati jkun gie akkuzat tkun ghaddiet ghand terzi persuni, u anke jekk l-imsemmija flejjes, proprjetà mobbli jew proprjetà immobbli jkunu qeghdin f'xi post barra minn Malta.

Din hija disposizzjoni tassativa u l-Qorti ma tistax tidderoga minnha.

Jispetta lill-imputat li jistitwixxi azzjoni ghal dikjarazzjoni li xi proprjeta` jew kull proprjeta` mobbli jew immobbli hekk konfiskata ma tkunx profitti jew dhul mill-eghmil ta' xi reat taht l-Ordinanza (kemm jekk ikun jew ma jkunx hekk aggudikat minn qorti tal-gustizzja kriminali) lanqas proprjetà akkwistata jew miksuba, direttament jew indirettament, minn jew permezz ta' xi profitti jewdhul bhal dawk.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info