Reference: 1476/2001/1

Judgement Details


Date
01/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GRECH JOHN vs MIFSUD IVAN
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, AZZJONI CIVILI GHALL-HSARAT KAGUNATI B`REAT - PRESKRIZZJONI, CONTRA NON VALENTEM AGERE NON CURRIT PRESCRIPTIO - PRESKRIZZJONI, DANNI EX DELICTU VEL QUASI DELICTU - PRESKRIZZJONI, DANNI KONTRATTWALI - PRESKRIZZJONI, MINN META JIBDA JIDDEKORRI Z-ZMIEN
Summary
Ghall-finijiet ta' preskrizzjoni, il-ligi taghraf tliet ghamliet ta' azzjoni ghad-danni, u jigifieri: (a) azzjoni dwar hsarat imnissla minn ghamil li jikkostitwixxi reat, f'liema kaz, iz-zmien tal-preskrizzjoni huwa dak imfisser mil-ligi biex issir l-azzjoni kriminali dwar l-istess reat; (b) azzjoni ghall-hsarat imnisslin minn delitt jew kwazi-delitt (l-hekk imsejha culpa aquiliana), f'liema kazil-preskrizzjoni hija ta' sentejn gprincipju rifless fl-artikolu 2153 tal-Kodici Civilih; u (c) azzjoni ghall-hsarat imnissla minn nuqqas ta' twettieq ta' kuntratt li mhux imfisser f'att pubbliku, f'liema kaz il-preskrizzjoni hija dik ta' hames snin;

Ghalhekk, il-preskrizzjoni ta' sentejn imsemmija fl-artikolu 2153 tal-Kodici Civili, minbarra li ma tapplikax ghall-hsara mahluqa minn ghamil li jikkostitwixxi reat, lanqas ma tapplika fejn l-allegata hsara titnissel minn ksur ta' patt kuntrattwali;

Gie stabilit ukoll li f'kaz fejn jigi allegat li l-hsara tnisslet minn nuqqas ta' xi parti li twettaq l-obbligazzjonijiet taghha fuq kuntratt, iz-zmien tal-preskrizzjoni ta' hames snin jibda ghaddej minn dak inhar li ssehh il-hsara, izda mhux minn dak inhar li l-imgarrab intebah bil-hsara li gratlu;

Iz-zmien preskrittiv jghaddi biss minn dak inhar li jkun tnissel id-drittjew setghet tinbeda l-azzjoni meqjusa biex thares dak id-dritt. Dan il-principju huwa mibni fuq il-massima li actioni non natae non praescribitur.

Ghall-finijiet tal-artikolu 2137, iz-zmienli fih l-azzjoni ghandha tinbeda tiddependi minn cirkostanzi oggettivi u mhux minn x'jahseb l-imgarrab, u li, certament, in-nuqqas ta' gharfien tal-ligi m'huwiex raguni valida biex jinghad li l-azzjoni ma setghetx issir qabel;

Madankollu, mhux kull hsara li ggarrab persuna minn ghamil jew nuqqas ta' haddiehor waqt it-twettieq ta' kuntratt tikkostitwixxi htija kuntrattwali: izda biex tkunhtija akwiljana, kif imfisser hawn fuq, jehtieg jintwera li l-ghamil li minhabba fih issir il-hsarajkun ghal kollox miftum u awtonomu mir-rabta mnissla mill-kuntratt;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info