Reference: 1139/2001/1

Judgement Details


Date
01/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
TONNA FRANCIS ET vs BORG CONSTANTINO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, IBBAZATA FUQ IL-MERA DETENZJONI - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET DWAR TOLLERANZA MA JISGHUX JIGU KKUNSIDRATI - ACTIO SPOLII, LIEMA TIPI TA` PUSSESS HUMA PROTETTI - ACTIO SPOLII, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-PERIJODU TA` DEKADENZA TA` XAHAREJN
Summary
L-azzjoni ta' spoll hija msejsa fuq l-ordni pubbliku u hija mahsuba bhala azzjoni mhaffa u effikacibiex ma thalli 'l hadd li jiehu l-ligi b'idejh u jxekkel stat ta' fatt, u biex, jekk dan isir, min ikun ghamel dan l-att jerga' jqieghed kollox minnufih kif kien, qabel kull indagni ohra (spoliatus ante omnia restituendus). F'din l-azzjoni huwa mehtieg jigu ippruvati tliet (3) elementi, u jigifieri(a) il-pussess; (b) it-tehid tieghu b'ghamil tal-imharrek u (c) li l-azzjoni nbdiet fi zmien xahrejn minn meta jsir l-att ta' spoll.

Biex issehh l-azzjoni tal-ispoll huwa mehtieg ukoll li t-tliet elementi msemmija hawn ikunu kollha pruvati li jezistu, b'mod illi jekk jinstab, per ezempju, lil-attur naqas li jressaq l-azzjoni fiz-zmien ta' xahrejn, l-azzjoni taqa' minhabba n-nuqqas ta' wiehed mill-elementi mehtiega minghajr ma jkun hemm bzonn li wiehed jistharreg jekk jikkonkorrux l-elementi l-ohrajn tal-pussess u tal-ghamil li bih il-pussess ikun ittiehed jew gie mxellef.

Dwarl-ewwel element, huwa mehtieg li jintwera li, fil-waqt li sar l-ghamil ilmentat, l-attur kien fil-pussess imqar materjali jew ta' fatt. Il-ligi thares kemm il-pussess ta' liema xorta jkun, u kif ukoll iz-zamma semplici. Minbarra dan, il-pussess ma ghandux ikun ekwivoku imma fid-dieher, ukoll jekk ikun ghal waqt qasir, u l-Qorti ghandha tillimita ruhha biss biex tqis il-fatt tal-pussess u dak tal-ispoll. Mhux mehtieg li l-pussess li jista' jithares minn azzjoni bhal din ikun wiehed esklussiv,billi huwa possibbli li jsehh spoll minn gid li l-persuna spoljata kienet izzomm u tgawdi flimkienma' haddiehor. Huwa possibbli li l-ispoll jimmaterjalizza wkoll meta jkun hemm cahda parzjali ta' pussess.

Ghalkemm fil-kaz tal-azzjoni ta' zamma fil-pussess fil-kaz ta' molestja l-ligi teskludi fost l-ohrajn il-"pussess b'titolu prekarju", fil-kaz tal-azzjoni ta' spoll taht l-artikolu 535 din id-distinzjoni ma ssirx. Kemm hu hekk, dan l-ahhar artikolu jhares kemm il-pussess "ta' liema xorta jkun" u kif ukoll id-detenzjoni, li tingharaf mill-ohra billi min ikollu z-zamma ta' haga ma jkunx qieghed izommha animo domini, bhalma jigri fil-kaz tal-pussess.

Ghalkemm il-ligi ma ssemmi xejn espressament dwar xi distinzjoni fl-ghamla tal-pussess mehtieg, matul iz-zmien tnisslet linja ta' decizjonijiet li nehhew mill-ambitu tal-harsien tal-azzjoni tal-ispoll dik l-ghamla ta' pussess li tkun taht zamma imsejha b'tolleranza. Skond dawn id-decizjonijiet, hija biss dwar ghamla ta' zamma bhal din li l-azzjoni tal-ispoll ma taghtix il-protezzjoni taghha.

Filwaqt li kull ghamla ta' pussess fattwali, imqar jekk b'mala fede, jitqies tajjeb biex ihares il-jedd tal-ispoljat, ukoll jekk minghajr titolu jew nieqes ghal kollox minn kawza guridika, irid jintwera li kien hemm xi forma ta' pussess, lil hinn minn atti ta' tolleranza. Dawn l-atti jitfissru bhala atti fir-rapporti ta' buon vicinat bis-sahha ta' liema xi hadd jippermetti jew jittollera lil haddiehor li jaghmel hwejjeg fuq il-proprjeta` tieghu li kieku ma kienx ikun intitolat jaghmel. Min igawdi xi haga bis-sahhata` tolleranza m`ghandu ebda titolu, hlief il-kunsens tas-sid liema kunsens jista` jigi revokat f`kull waqt ghalhekk l-azzjoni ta` spoll hija eskluza ghaliex ma hemm l-ebda pussess.

Tolleranzabhal din, f'azzjoni possessorja, trid tigi murija mqar mad-daqqa t'ghajn (prima facie), u dan fid-dawl tan-natura sommarja u "privileggata" tal-azzjoni ta' spoll. Lanqas ma huwa permess li t-tolleranza tkun prezunta. Il-prova trid issir minn min jallega z-zamma b'tolleranza. Jekk ma tintweriex imqar prima facie, l-eccezzjoni tan-nuqqas ta' azzjoni minhabba nuqqas ta' pussess titqies mhux misthoqqa.

Kien hemm kazijiet fejn il-Qorti iddistingwiet bejn tolleranza li gejja minghand min ikun bata l-azzjoni, u tolleranza li gejja minn haddiehor: f'tal-ewwel, l-azzjoni possessorja ma tistax tkun ta' ghajnuna lil min ikun wettaq l-atti b'tolleranza, filwaqt li f'tat-tieni, l-azzjoni ma tistax ma tghinux biex jiehu lura z-zamma tal-haga li mit-tgawdija taghha gie mnehhi.

Dankollu jrid jitwettaq minghajr ma l-gudizzju jitlef is-sura ewlenija tieghu li terga' tqieghed lill-persuna mnezzgha mill-pussess ta' haga minnufih fl-istat li kienet fih qabel sarilha l-ghamil. Danqieghed jinghad minhabba li f'azzjoni ta' pussess privileggjat bhalma hija l-Azzjoni tal-Ispoll, il-kwestjoni tat-tolleranza tal-pussess m'ghandhiex normalment tigi meqjusa.

Din il-kwestjoni tal-allegazzjoni tat-tolleranza jidher li f'dawn l-ahhar snin sabet atteggament aktarx iebes mill-Qrati taghna, b'mod partikolari wara li gie deciz li l-azzjoni ta' spoll fis-sistema guridiku Malti ghandha tkun wahda ta' "indagini limitatissima, rigoruza u skarna li ma tinsab f'ebda legislazzjoni ohra...". Dan wassal lill-Qrati taghna biex, f'dawn l-ahhar snin ukoll, iqisu s-sottomissjoni tal-imharrek li jallega t-tolleranza bhala wahda "guridikament inaccettabbli" f'kawza ta' spoll, ghaliex din tkun qeghda tigbed 'il-process ghal ezami tan-natura tal-pussess fattwali li l-attur ikun wera likellu fuq il-haga, mentri ezami bhal dak imissu jithalla ghal gudizzju.

Dwar it-tieni element, huwa mehtieg li jintwera li l-ghamil spoljattiv ikun wiehed arbitrarju u maghmul kontra r-rieda tal-possessur b'mod li jista' jaghti lok ghal azzjoni ta' danni kontra min ikun wettqu. Huwa wkoll mahsub li l-ghamil irid ikun wiehed vjolenti jew imqar mistur ghall-gharfien tal-persuna li kellha l-pussess.

Gie mfisser ukoll li l-kliem "vis aut clam" li jirradikaw dan l-element tal-azzjoni,mhux tabilfors jissarraf f'ghamil ta' tkissir jew qerda ta' oggett mizmum mill-attur jew li fih huwajgarrab xi hsara fizika, ghaliex huwa bizzejjed li l-ghamil spoljattiv isir kontra r-rieda tieghu jew minghajr ma jithalla jintebah bih.

Dwar it-tielet element, il-ligi trid li l-azzjoni ghat-tnehhija tal-effetti tal-ispoll ghandha tinbeda fi zmien xahrejn. Dan iz-zmien huwa meqjus bhala terminu ta' dekadenza. Bhal kull wiehed iehor mill-elementi tal-azzjoni, dan il-fatt ghandu jigi pruvat mill-attur. Izda meta l-kwestjoni taz-zmien tittella' mill-imharrek bis-sahha ta' eccezzjoni, allura l-prova li l-azzjoni ta' spoll privileggat saret barra minn zmienha taqa' fuq l-istess imharrek, kif jipprovdi l-artikolu 562 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta.

Dwar il-kwestjoni taz-zmien li fiha jmissha ssir il-kawza ghandu jinghad li tinqala' l-problema dwar minn meta ghandu jibda jintghadd it-terminu ta' xahrejn li tiffissa l-ligi. Dan jinholoq b'mod partikolari meta l-ghamil spoljattiv ikun sar minn wara dahar il-persuna li kellha l-pussess. Kien hemm kazijiet fejn il-qrati ghamlu distinzjoni bejn meta l-ghamil ta' spoll ikun wiehed li sar darba u fejn l-ghamil ikun att li jippersisti, u ghalhekk inholoq il-hsieb li l-azzjoni tibda jew minn meta l-persuna li ttehdilha l-pussess intebhet bl-ispoll jew meta l-att persistenti ntemm. Qari xieraq taz-zewg artikoli tal-ligi li jitkellmu dwar l-azzjoni privileggata tal-ispoll (l-artikolu 791 tal-Kap 12 u l-artikolu 535 tal-Kap 16) ma jhallux ghazla ghal dik li ghandha tkun it-tifsira xierqa li jmissha tinghata dwarminn meta ghandu jintghadd iz-zmien ta' xahrejn: dan ghandu jibda jitqies minn dak inhar tal-ispoll.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info