Reference: 865/2002

Judgement Details


Date
03/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
GAUCI JOSEPH ET vs GALEA JANE ILLUM ELLUL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
RES JUDICATA, WIEHED IRID IHARES LEJN ID-DISPOSITTIV U LEJN IL-MOTIVAZZJONI TA` L-EWWEL SENTENZA - SUCCESSJONI, RINUNZJA GHALL-EREDITA` - SUCCESSJONI, RINUNZJA GHALL-EREDITA` - ATTI TA` MERA KONSERVAZZJONI
Summary
Biex jigi deciz jekk decizjoni precedenti tikkostitwixxix gudikat ghall-proceduri sussegwenti, id-disposittiv ma ghandux jittiehed separatament mill-motivazzjoni, izda ghandu jigi minn dik definit u spejgat.

L-artikolu 869 tal-Kodici Civili jghid li r-rinunzja ghall-wirt ma tistax issir aktarminn tlett xhur wara l-ftuh tas-successjoni, f'kaz biss li dawk il-werrieta jkollhom fil-fatt il-pussess tal-hwejjeg tal-wirt, u allura jekk il-werrieta ma jkollhomx pussess tal-hwejjeg tal-wirt u majaghmlux atto di eredita', huma jistghu, f'kull zmien jirrinunzjaw ghall-wirt. Sakemm werriet ma jaghmel ebda atto di eredita', jista' jirrinunzja, u jitqies bhal li kieku qatt ma kien werriet.

Kif inhu risaput, l-accettazzjoni tal-wirt tista' tkun espressa jew tacita. L-accettazzjoni tkun espressa meta l-wirt ikun accettat f'kuntratt pubbliku jew skrittura privata, u tkun tacita meta l-eredi jaghmel att li necessarjament timplika r-rieda tieghu li jaccetta l-wirt, u li ma jkunx intitolat li jaghmel hlief fil-kapacita' tieghu ta' eredi. Il-gurisprudenza hi fis-sens li l-att irid ikun tali li certament, necessarjament u univokament, minnu ma tkunx tista' tigi nferita konsegwenza ohrahlief dik li min ghamlu ried jaccetta l-eredita'.

Ir-rinunzja ma tistax tigi prezunta, u l-prova trid tkun wahda certa u definittiva u f'dan il-kaz din ic-certezza ma tirrizultax.

Attili jitqiesu ta' mera konservazioni ma jwasslux ghall-inferenza li l-wirt gie accettat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info