Reference: 1980/1999/1

Judgement Details


Date
20/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SCHEMBRI CARMEL ET vs POULTON ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, META TIGI PROMOSSA AZZJONI WAHDA GHALL-EZEKUZZJONI TA` KONVENJU FLIMKIEN MA` TALBA GHAD-DANNI DERIVANTI MINN INADEMPJENZA - CITAZZJONI, NULLITA` TA` - CITAZZJONI, TIFSIRA CARA U SEWWA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA - KONVENJU, AZZJONI WAHDA GHALL-EZEKUZZJONI U HLAS TA` DANNI DERIVANTI MINN INADEMPJENZA
Summary
Ghandha ssir distinzjoni bejn in-nullita' ritwali ta' att gudizzjarju u l-infondatezza fil-mertu tat-talbiet infushom. Fil-kaz ta' eccezzjoni ta' nullita' tal-att il-Qorti trid tfittex u tqis biss dwar dik in-nullita' li tkun imputabbli ghal difett ta' forma aktar minn wiehed ta' sustanza (fis-sensta' zball jew nuqqas sostantiv) liema difett ma jkunx jista' jigi tollerat minghajr hsara ghal xi principju ta' gustizzja procedurali.

Ghandha ssir distinzjoni ohra dwar in-nullita' ta' att, ujigifieri dik li taghraf bejn nullita' assoluta u dik relattiva. F'tal-ewwel, il-Qorti ghandha dmir li tigbed l-attenzjoni tal-partijiet u tiehu provvediment ukoll ex ufficio, imma mhux hekk il-kazf'tat-tieni. Minbarra dan, biex citazzjoni tigi dikjarata nulla u jitwaqqaf il-kors taghha, "jehtieg li jkunu jikkonkorru ragunijiet gravi, fosthom nuqqasijiet ta' evidenti pregudizzju ghad-difiza tal-konvenut; u huwa risaput li l-legislazzjoni u l-gurisprudenza patrja ilhom progressivament jirrifuggu mill-formlizmu eccessiv, fonti ta' litigji zejda u prokrastinazzjonijiet inutili, purke' ovvjament ma tirrizultax l-effettiva vjolazzjoni tal-ligi".

Il-ligi tippreskrivi, fost l-ohrajn, lic-Citazzjoni ghandu jkun fiha tifsir car u sewwa tal-oggett u r-raguni tat-talba. Dan ifisser ukoll li l-premessi ghat-talbiet ghandhom iwasslu lil min qieghed jaqra l-att biex jara rabta bejn dawkil-premessi u t-talbiet. Marbut ma' dan ir-rekwizit, hemm il-principju li l-parti mharrka trid tinghata l-fakolta' li tkun tista' tiddefendi kif jixraq lilha nnifisha mill-pretensjoni ta' min iharrikha.

Ghal xi zmien, il-forma tal-att gudizzjarju kienet issaltan, imma, biz-zmien u b'interventi tal-legislatur, issawret it-tejorija maghrufa bhala tal-ekwipollenti li nisslet il-principju lim'hijiex mehtiega ebda ghamla espressa ghall-proposizzjoni tal-azzjoni.

Ghalhekk, citazzjonim'ghandhiex tigi mwaqqgha ghajr ghal ragunijiet gravi. Madankollu, jekk in-nuqqas ta' kjarezza jkun ta' ghamla u kwalita' tali li jcahhad b'mod serju lill-imharrek mid-difiza tieghu, ic-citazzjoni ghandha tigi mwaqqgha.

Dwar l-element ta' kjarezza fl-Att tac-Citazzjoni, l-ligi ma tinsistixfuq formola preciza jew kliem partikolari, u sakemm it-talba tkun tista' tinftiehem, ma jimpurtax jekk il-kawzali tkunx imfissra b'mod xott jew sahansitra mifhuma jew implikata mit-talba nnifisha.

Fejn ma jkunx hemm kontradizzjoni ghall-ahhar bejn il-premessi u t-talbiet jew bejn it-talbiet innifishom, il-Qrati ghandhom iqisu b'cirkospezzjoni eccezzjoni ta' nullita' ta' att gudizzjarju. Biex att ta' Citazzjoni jghaddi mill-prova tal-validita' huwa bizzejjed li t-talba tkun imfassla b'modtali li l-persuna mharrka tifhem l-intenzjoni ta' min harrikha u li tali tifsila ma tkunx ta' hsaraghall-imharrek li jiddefendi lilu nnifsu mit-talba tal-attur.

Hu necessarju illi jkun jirrizulta rapport ta' konnessjoni ragonevolment identifikabbli bejn il-premessi migjubin bhala l-kawza tat-talba u t-talba stess kif diretta kontra l-konvenut.

Huwa wkoll mizmum bhala principju generali li n-natura u l-indoli tal-azzjoni ghandhom jigu misluta mit-termini tal-att li bih ikunu nbdewil-proceduri . Normalment, b'dan wiehed jifhem li dak li kellu f'mohhu min ikun fetah il-kawza jkun irid jirrizulta mill-att tac-Citazzjoni innifsu u mhux minn provi li jitressqu izjed 'il quddiem fil-kawza, u ghalkemm id-dikjarazzjoni mahlufa hija mehtiega ad validitatem biex ic-Citazzjoni tkun tiswa, dak li jinghad fl-istess dikjarazzjoni ma jiswa qatt biex jirrimedja dak li jista' jkun nuqqasfl-Att tac-Citazzjoni, ghalkemm jista' jitfa' dawl fuq il-kawzali u jiccaraha. B'dan il-mod, jekkid-difett fit-tfassila tal-att li bih tkun inbdiet il-kawza ma jgibx pregudizzju serju lill-parti mharrka, allura l-procedura tkun tista' tigi salvata basta dan ma jaffettwax is-sustanza tal-azzjoni jew tal-eccezzjonijiet.

Il-kwistjoni li qamet f'din il-kawza kienet jekk tistax fl-istess waqttitresssaq talba ghall-ezekuzzjoni ta' weghda ta' bejgh u xiri u talba ghal-likwidazzjoni u hlas ta' danni minhabba li l-weghda ma tkunx inzammet. Il-Qorti irriteniet illi ma jistax jinghad li l-linja ta' decizjonijiet kienet wahda ghal kollox uniformi: kien hemm decizjonijiet li wrew li z-zewg toroq miftuha ghall-attur (jigifieri dik tal-ezekuzzjoni forzata u l-ohra tat-talba ghall-has tad-danni) huma miftuma l-wahda mill-ohra, filwaqt li kien hemm ohrajn li tennew li z-zewg rimedji jistghujintalbu flimkien (jigifieri fl-istess att), bla ma jirrendu l-att null. Kien hemm ohrajn fejn iz-zewg talbiet imressqa flimkien f'att wiehed tqiesu bhala difett mhux ta' kjarezza tal-att imma difettfis-sustanza, minhabba li t-talbiet huma inkonciljabbli. Anki f'din it-tieni ipotezi l-azzjoni hekkproposta ma tkunx nulla izda n-nuqqas ikun wiehed unikament sostantiv.

Id-distinzjoni bejn nullita' mtellgha taht il-paragrafu (c) u dik taht il-paragrafu (d) tas-sub-artikolu (1) tal-artikolu789, tikkonsisti fil-fatt li, f'tat-tieni, l-att gudizzjarju jkun milqut minn nuqqas ta' partikolarita' essenzjali mehtiega mil-ligi, u mhux "semplici" ksur tal-forma preskritta.

Ma hemmx kwestjoni li dottrinarjament huwa importanti li jigu, ghall-finijiet ta' l-oggett tat-talba u tad-drittli jiddeterminaha, ezaminati attentament il-fattijiet li jkunu taw lok ghall-gudizzju, u dawn il-fattijiet ma jistghux ma jkunux a konjizzjoni tal-kontendenti; jekk minn dawn il-fattijiet jitnissel aktar minn dritt wiehed sabiex id-domanda tkun imressqa 'l quddiem f'gudizzju, ma hemm xejn fil-ligi li l-attur li jippromwoviha ma jkunx jista' jiddeducihom jekk jittendi li huma ntizi ghall-ottenimentta' l-oggett propost, salv li l-istess ma humiex inkonciljabbli. Dina r-redazzjoni ta' l-att tac-citazzjoni ma tirrendix dak l-istess att ghall-kawzalijiet tieghu mhux car, izda se mai turi in forzata' liema drittijiet ("jus petendi") l-attur ikun qieghed jippromwovi l-azzjoni. Apparti dana, ebda pregudizzju ma jitnissel lill-konvenut minn dana l-agir guridiku, ilghaliex huwa jkun jista' jirripudja l-azzjoni attrici ghad-drittijiet kollha radikati fl-att promotorju tal-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info