Referenza: 34/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/03/2003
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
SPITERI PATRICK DR vs L-AVUKAT GENERALI W IL-KUMM.TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 581 TAL-KODICI KRIMINALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PROTEZZJONI MINN ARREST JEW DETENZJONI ARBITRARJA
Fil-Qosor
Jekk ikun hemm fil-konfront ta' persuna suspett ragonevoli li hija kkommettiet reat - basta li dak ir-reat ikun reat li ghalih l-awtorita` ezekuttiva tista' tarresta, jigifieri jkun an arrestable offence taht il-ligi ordinarja - dik il-persuna tista' titressaq quddiem l-awtorita` gudizzjarja b'arrest anke jekk setghet forsi konvenjentement titressaq b'citazzjoni. Fi kliem iehor, ghall-finijiet tal-Artikoli 5(1)(c) tal-Konvenzjoni u 34(1)(f) tal-Kostituzzjoni huwa bizzejjed li s-"suspett ragonevoli" ikun marbut mal-kummissjoni ta' reat u ma hemmx ghalfejn li jkun ukoll marbut ma' xi biza' li jekk dak li jkun ma jitressaqx b'arrest huwa jista' eventwalment ma jidhirx quddiem l-awtorita` gudizzjarja.

Ghalhekk, galadarba persuna tkun arrestata fuq suspett ragonevoli li kkommettiet an arrestable offence, jekk il-Pulizija Ezekuttiva tkun tal-fehma li r-reat ipotizzat verament gie kommess minn dik il-persuna u jkollha provi bizzejjed sabiex tkun tista' takkuzaha entro t-tmienja u erbghin siegha aktar 'l fuq imsemmija, il-Pulizija Ezekuttiva tista' tressaqha b'arrest, u mhix obbligatali toqghod tikkonsidra affarijiet ohra, inkluz jekk hix "mehtiega" jew "necessarja" il-prezentata bl-arrest.

Huwa dritt ta' persuna li tingieb quddiem Qorti b'arrest li l-Qorti awtomatikamenttezamina l-legalita` tal-arrest li jkun twettaq mill-Pulizija Ezekuttiva. Nuqqas f'dan is-sens jikkostitwixxi lezjoni ta' l-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni.

Galadarba l-arrest pendenti l-proceduri huwa biss gustifikat jekk ikun hemm ragunijiet validi skond il-ligi ghalih, persuna li tkun arrestata sia jekk ghax ma inghatatx bail u sia jekk tkun inghatat il-liberta` provvisorja izda tilfitha ghax kisret kundizzjoni (ta' konsegwenza serja) ta' dak il-bail ghadha dejjem id-dritt li tirrikorriquddiem l-awtorita` gudizzjarja biex b'mod spedit tigi sindakata l-legalita` tal-kontinwazzjoni ta'dak l-arrest.

Dan ma jfissirx li min jikser il-kundizzjonijiet tal-bail ghandu jerga' jinghata l-helsien mill-arrest; bhala regola il-fatt li dak li jkun ikun kiser kundizzjoni "ta' konsegwenzaserja" tkun konsiderazzjoni li tippeza gravement kontra l-ghoti tal-helsien mill-arrest mill-gdid,ghax dak li jkun ikun wera li huwa persuna inaffidabbli; u f'cirkostanzi simili wiehed jista' legittimament jargumenta u jikkonkludi li l-perikolu tal-harba, jew ta' intralc mar-retta amministrazzjonital-gustizzja, jew ta' perikoli ohra li jiggustifikaw l-arrest pendenti l-proceduri, ikun pro tantozdied. Pero` mhux inkoncepibbli sitwazzjoni, per ezempju, fejn wara li persuna tigi riarrestata taht l-Artikolu 579, il-prosekuzzjoni titlef l-interess kollu fil-kaz, b'mod li ma tibqax tipprosegwixxi l-kaz "with due diligence" u ghalhekk tigi nieqsa ghal kollox kwasiasi raguni ghaz-zamma ta' dik il-persuna taht arrest; jew altrimenti jigu nieqsa ghal kollox "[the] relevant and sufficient reasonsto justify his continued detention".

Il-mod assolut kif inhu redatt l-Artikolu 581 tal-Kodici Kriminali (essenzjalment jippovdi li l-arrestat ma jistax jerga' jigi moghti l-helsien mill-arrestfl-istess kawza meta jkun gie arrestat ghax ikun kiser xi kundizzjoni tal-bail) jivvjola d-dritt, garantit bl-Artikolu 5(4) tal-Konvenzjoni, ta' persuna li tkun giet riarrestata taht l-Artikolu 579 tal-Kodici Kriminali li taghmel proceduri biex il-legalita` tad-detenzjoni taghha tigi deciza malajrminn qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni