Referenza: 1737/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/03/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
JAMES OLIVER ET vs TESTA JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SERVITU`, DISKONTINWA - SERVITU`, KIF JIGI AKKWISTAT DRITT TA` PASSAGG - SERVITU`, KONTINWA - SERVITU`, KREAZZJONI BID-DESTINAZZJONI TA` SID TA` ZEWG FONDI - SERVITU`, META TIGI KOSTITWITA MINN KOMPROPRJETARJU - SERVITU`, META TIGI KREATA A NON DOMINO
Fil-Qosor
Persuna li ma tkunx is-sid tal-fond servjenti ma tistax tikkoncedi servitu` permezz ta` att pubbliku.

L-Art. 460 tal-Kodici Civili jipprovdi s-segwenti:

ls-servitu`, koncessa minn wiehedmis-sidien ta' fond mhux maqsum, ma titqiesx stabbilita fuq dak il-fond, hlief meta s-sidien l-ohrajikkonceduha wkoll, ilkoll flimkien jew kull wiehed ghalih.

Il-koncessjoni ta' servitu` b'kull titolu jkun li jkun, maghmula minn wiehed mis-sidien, tibqa' sospiza sakemm l-istess koncessjonissir mill-ohrajn kollha.

Izda, il-koncessjoni ta' servitu` maghmula minn wiehed mis-sidien, bla ma jkunu ndahlu s-sidien l-ohra, tobbliga mhux biss lil min ghamel dik il-koncessjoni izda wkolllis-successuri tieghu, mqar jekk partikolari, u lil dawk li l-jedd taghhom gej minnu, li ma jfixkluxl-ezercizzju tal-jedd hekk moghti.

Biex tinholoq servitù bid-destinazzjoni tas-sid ta' zewgfondi, izda, huwa mehtieg mhux biss illi s-servitù tkun wahda li tidher izda trid tkun ukoll kontinwa.

L-art. 469 tal-Kodici Civili jipprovdi li:

(1) Is-servitujiet kontinwi li ma jkunux jidhru, u s-servitujiet mhux kontinwi, ikunu jew ma jkunux jidhru, jistghu biss jigu stabbiliti b'sahha ta' titolu; huma ma jistghux jigu stabbiliti bil-preskrizzjoni jew bid-destinazzjoni ta' sid ta' zewg fondi.

B'danakollu, is-servitù ta' moghdija ghall-uzu ta' fond tista' tinkiseb bil-preskrizzjoni ta' tletin sena, jekk dan il-fond ma jkollux hrug iehor fuq it-triq pubblika; u kull servitù ohra li, fil-11 ta' Frar, 1870, kienet ga miksuba taht ligijiet ta' qabel, ma tistax tigi attakkata.

L-art. 455 tal-Kodici Civili jghid hekk:

(1) Is-servitujiet huma kontinwi jew mhux kontinwi, li jidhru jew li ma jidhrux.

(2) Is-servitujiet kontinwi huma dawk li l-ezercizzju taghhom huwa jew jista' jkun kontinwu minghajr ma jkun mehtieg fil-waqt il-fatt tal-bniedem: hekk huma l-akwedott, l-istillicidju, il-jedd ta' prospett, u ohrajn ta' din ix-xorta.

(3) Is-servitujiet mhux kontinwi huma dawk li ghall-ezercizzju taghhom hu mehtieg fil-waqt il-fatt tal-bniedem: hekk huma s-servitujiet ta' moghdija, ta' mili ta' ilma, u ohrajn bhalhom.

Mill-kliem stess tal-ligi johrog illi servitù ta' moghdija hija servitù mhux kontinwa, u ghalhekk tista' tinholoqbiss b'titolu; ma tistax tinholoq bid-destinazzjoni tas-sid ta' zewg fondi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni