Reference: 5/2002/1

Judgement Details


Date
24/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
VELLA JIMMY vs KUMMISSJONI KONTROLL ZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DECIZJONIJIET BAZATI FUQ COMMITMENT TA` LOKALITA` - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DECIZJONIJIET TAL-BORD IRIDU JKUNU BEN MOTIVATI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DRITT TA` APPELL MINN DECIZJONIJIET TA` - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, HEMM LOK GHAL APPELL META APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI TWASSAL GHAL INGUSTIZZJA MANIFESTA - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, INTERPRETAZZJONI TA` POLICIES TAL-IPPJANAR - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, META L-BORD JINJORA GHAL KOLLOX KWISTJONIJIET TA` DRITT SOLLEVATI MILL-PARTIJIET - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` DRITT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` FATT
Summary
Il-Qorti ta' l-Appell, f'appelli minn decizjonijiet tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar, tista' tirrevedi biss kwistjonijiet dwar punti ta' dritt li jkunu decizi mill-Bord. Dan ifisser li ma hemmxappell fuq kwistjonijiet ta' fatt, fuq kwistjonijiet ta' apprezzament ta' provi. Ma hemmx dritt ta'appell anqas fuq punti ta' ligi sakemm dawn ma jkunux espressament decizi fid-decizjoni appellata.

Anke kieku fl-ipotesi li dawn il-fatturi ma gewx espressament imsemmija fid-decizjoni appellata u/jew ma gewx kummentati mill-Bord, xorta wahda ma jkunx hemm il-possibilita' ta' aditu b'successlill-Qorti ta' l-Appell. Dana billi l-ligi taghti d-dritt ta' appell biss u b'mod tassattiv, fuq punt ta' ligi li jkun gie deciz mill-Bord.

Ma hemmx appell fuq kwistjonijiet ta' fatt, fuq kwistjonijiet ta' apprezzament ta' provi. Ma hemmx dritt ta' Appell lanqas fuq punti ta' ligi sa kemmdawn ma jkunux espressament decizi fid-decizjoni appellata.

Is-semplici applikazzjoni ta' xidisposizzjoni tal-ligi ghall-fatti li jkunu rrizultaw lill-Bord jew is-semplici enuncjazzjoni ta' xidisposizzjoni lanqas ma jaghtu lok ghall-appell quddiem din il-Qorti. Biex l-appell ikun ammissibbli, il-kwistjoni trid tkun necessarjament dwar kwistjoni ta' dritt, li tkun qamet kontroversja dwarha, li tkun giet diskussa u elucidata fil-motivazzjoni u li tkun giet definita fid-decizjoni appellata.

Meta, fl-investigazzjoni ta' applikazzjoni ghall-permess ta' l-izvilupp, issir l-allegazzjoni fl-inhawi diga' jezisti zvilupp, bhal dak li qed jintalab permess ghalih, kemm l-Awtorita` u kemmukoll il-Bord ghandhom id-dover li jivverifikaw sewwa din l-allegazzjoni. Izda dan mhux fl-ambitu ta' investigazzjonijiet ta' drittijiet fondamentali, izda unikament fl-ambitu ta' konsiderazzjonijietta' l-ippjanar, u cjoe', biex jaraw jekk, tenut kont ta' l-izvilupp attwali fl-inhawi tas-sit in kwistjoni, ikunx gust u sewwa li l-permess mitlub jigi akkordat.

L-istess jinghad ghal dak li jirrigwrada l-kuncett ta' "height limitation", u dan dejjem fil-kuntest ta' 'committed zone' jew 'area'.

F'materja ta' zvilupp, huwa ovvju li r-regoli li ghandhom jigu applikati ghandhom ikunu konsistenti ghal kulhadd, u wkoll huwa dmir tal-Bord tal-Appell ta' l-Ippjanar, kif inhuwa dmir ta' din il-Qorti, li kull sottomissjoni tal-partijiet tigi sew ventilata w ezaminata, dment li din ma tkunx manifestament vessatorja, u dan wkoll in virtu tal-principju cerimus paribus iktar fuq citat.

Il-Qorti tal-Appell ikollha gurisdizzjoni li tissindika jew tiddisturba d-decizjoni moghtija mill-Bord meta d-decizjoni tal-Bord fl-interpretazzjoni ta' xi policy tkun tidher car li hi manifestament ingusta minhabba applikazzjoni hazina tal-ligi, kif enuncjata fl-istess decizjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info