Reference: 48/2000/1

Judgement Details


Date
17/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MERCIECA LOUIS vs SPITERI EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, GUSTIFIKAZZJONI GHAL MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA
Summary
L-Artikolu 9 (a)(i) tal-Kap 69 jipprospetta li s-sid tal-fond mikri ghandu jinghata l-permess li jiehu lura l-pussess tal-fond mikri u jillibera l-fond tieghu mill-kirja u konsegwentement mill-applikazzjoni tal-istess Kap 69 meta "l-kerrej, fil-kors tal-kiri ta' qabel, ma jkunx hallas puntwalment il-kera li kellu jaghti. Il-kerrej jitqies li jkun naqas milli jkun puntwali fil-hlas tal-kera jekk dwar kull wahda miz-zewg skadenzi jew izjed ma jkunx hallas il-kera fi zmien hmistax il-jum minn dakinhar illi s-sid jitolbu l-hlas".

Dan ifisser illi l-morozita` fil-hlas tal-kera hu fatt materjali li jigi kostatat bl-okkorrenza ta' l-element taz-zmien li jkun iddekorra u tan-non-pagament tal-kera dovut.

Ghall-finijiet tal-Artikolu tal-ligi precitat il-morozita` allura ma hijiex proprjament nuqqas ta' hlas "sic et sempliciter" imma nuqqas ta' hlas fit-termini preskritti dekorribblimill-interpellazzjoni.

F'materja ta' morozita` fil-hlas tal-kera il-gudikant ma ghandux jiehu atteggjament assolut fis-sens illi, meta jivverifika ruhu l-fatt li l-inkwilin ma hallasx puntwalment il-kera dovut ghal zewg skadenzi ghandu bilfors jilqa' t-talba tal-lokatur biex ma jgeddidx il-kera.

Dan ghaliex meta jkun hemm cirkostanzi li jiggustifikaw l-atteggjament tal-inkwilin fin-nuqqas tieghu li josserva l-obbligi, huwa ma jiddekadix mid-dritt tieghu biex tigi lilu mgedda l-lokazzjoni.

Meta oggettivament u bhala fatt tirrizulta provata l-morozita`, kien allura jispetta lill-inkwilin li jipprova kemm il-buona fede tieghu kif ukoll ir-ragunijiet gjustifikattivi ghall-inadempjenza kontrattwali tieghu. L-oneru tal-prova ghalhekk kien jinkombi fuqu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info