Reference: 289/1997/1

Judgement Details


Date
17/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BEZZINA JOSEPH ET vs ATTARD JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, DIFETTI ESSENZJALI - APPALT, DIFETTI MHUX ESSENZJALI - APPALT, DOVERI TAL-APPALTATUR - APPALT, INTEMPESTIVITA` TAL-AZZJONI GHALL-HLAS DA PARTI TAL-APPALTATUR - APPALT, META L-APPALTANT IQABBAD APPALTATUR IEHOR - APPALT, TERMINAZZJONI UNILATERALI TAL-APPALTANT
Summary
L-appaltatur kommissjonat minn bicca xoghol ghandu bi dmir l-oneru li jezegwixxi x-xoghol lilu kommess u li dan ix-xoghol jezegwih tajjeb f'kull rispett b'mod illi jkun utili u hieles minn difetti.

Il-massima generali hi li jekk jinstab li l-appaltatur ghamel operazzjonijiet kontra s-sengha huwa jkollu jirrispondi ghad-difetti illi jigru l-quddiem. Mhux hekk biss, pero`, kif hekk ukoll korrettement irragunaw, jekk ix-xoghol li jifforma l-oggett tal-appalt ma jkunx kollu lest jew ma jkunxkollu ezegwit skond is-sengha, l-appaltatur mhux intitolat jippretendi hlas in konsiderazzjoni ta'dak ix-xoghol.

F'kazijiet bhal dawn, dipendenti fuq jekk id-difett kienx parzjali jew sostanzjali, ossija essenzjali, gie ritenut li l-azzjoni ghal hlas tista' titqies intempestiva.

Inadempiment parzjali ma jistax jitqies bhala inadempiment totali, u l-appaltant ma jistax juza inadempiment parzjali bhala skuza biex ma jhallas.

Jekk l-appaltant kellu dritt jirrizolvi l-appalt,l-fatt li hu jkun ghadda biex jinkariga lil haddiehor meta x-xoghol tal-appaltatur ma kienx kollawdat kif hekk kien ragjonevolment mistenni li ghandu jkun, hu jkun gie li tacitament accetta x-xoghol li twettaq mill-appaltant. Fatt dan li bhala konsegwenza jillibera lill-appaltant ghal vizzji jew difetti palesi. Allura wkoll ma jistax jikkampa t-teorija tal-intempestivita` meta x-xoghol fil-fatttkompla u tkompla wkoll fuq xoghol allegatament difettuz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info