Referenza: 748/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/08/2000
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
CACHIA KATERINA vs DIRETTUR GEN.TAD-DIP.TAS-SAHHA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DISKRIMINAZZJONI - DRITT GHALL HAJJA - TRATTAMENT INUMAN U DEGRADANTI
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti qed jallega li gew vjolati diversi disposizzjonijiet tal-ligi:

• Is-subartikolu (1) tal-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni li jipprovdi li “Hadd ma jista' jigi pprivat mill-hajja tieghu intenzjonalment hlief fl-esekuzzjoni tas-sentenza ta' qorti dwar reat kriminali skond il-ligi ta'Malta li tieghu jkun gie misjub hati” u s-subartikolu (1) tal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li jipprovdi li “Id-dritt ghall-hajja ta' kulhadd ghandu jigi protett b'ligi. Hadd ma ghandu jigi pprivat mill-hajja tieghu intenzjonalment hlief fl-esekuzzjoni tas-sentenza ta' qorti wara li jigi misjub hatita' delitt li dwaru tkun provduta mill-ligi din il-piena.”

Dak li qed jigi negat lir-rikorrenti mhux “adequate medical care” izda kura (medicina) partikolari li d-Dipartiment tas-Sahha jidhirlu li f'dan l-istadju ghadu mhux gustifikat li jipprovdi b'xejn lill-pazjenti kollha tieghu li jinsabu fl-istess kundizzjoni tar-rikorrenti. Din il-Qorti hi sodisfatta li bl-agir tieghu l-intimat Direttur Generali la kiser, la hu qed jikser u lanqas li x'aktarx ser jikser id-dritt tar-rikorrenti kif protett bl-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni u bl-Artikolu 33(1) tal-Kostituzzjoni.

• L-Artikolu 36(1) tal-Kostituzzjoni li jipprovdi li: “Hadd ma ghandu jigi assoggettat ghal piena jew trattament inuman jew degradanti”. L-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni li jghid li: “Hadd ma ghandu jigi assoggettatghal tortura jew ghal trattament jew piena inumana jew degradanti”. Fil-kaz in ezami ma hemmx kwistjoni ta' xi tortura jew piena. Qed jigi allegat biss li r-rifjut tad-Dipartiment tas-Sahha li jipprovdi t-Taxotere b'xejn lir-rikorrenti jammonta ghal trattament inuman jew degradanti.

Biex trattament, jew ahjar maltrattament, jista' jinghad li jammonta ghal trattament inuman jew degradanti (jew it-tnejn) “.it must attain a minimum level of severity.The assessment of this minimum is, in thenature of things, relative; it depends on all the circumstances of the case, such as the duration of the treatment, its physical and mental effects and, in some cases, the sex, age and state of health of the victim” (Ireland v. United Kingdom, 18/1/78, A.21 (1978) p.65).

Din il-Qorti hi tal-fehma li ma jistax jinghad li bir-rifjut li jigi provdut it-Taxotere b'xejn l-intimat Direttur Generali qieghed jitratta lir-rikorrenti b'mod inuman u/jew degradanti.

• L-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni li jipprovdi li “It-tgawdija tad-drittijiet u libertajiet kontemplati f'din il-Konvenzjoni ghandha tigi assigurata minghajr diskriminazzjoni ghal kull raguni bhalma huma s-sess, razza, kulur, lingwa, religjon, ecc.”.

Fil-fehma tal-Qorti, l-aktar definizzjoni cara ta' xi tfisser “diskriminazzjoni” f'dan il-kuntest inghatat mill-Qorti Ewropea fis-sentenza taghha tat-28 ta' Settembru, 1995 fil-kawza fl-ismijiet Spadea and Scalabrino v. Italy. Dik il-Qorti qalet hekk: “Article 14 willbe breached where, without objective and reasonable justification, persons in “relevantly” similar situations are treated differently. For a claim of violation of this Article to succeed, it has therefore to be established, inter alia, that the situation of the alleged victim can be considered similar to that of persons who have been better treated” (A.315-B, p. 28).

Din il-Qorti hi tal-fehma li biex ikollok vjolazzjoni tal-Artikolu 14 meta ma hemmx vjolazzjoni ta' xi artikolu sostantiv,il-fatti lamentati u li jiddiskriminaw iridu jaqghu f'dak il-margini ta' diskrezzjoni li l-istat ghandu fl-implimentazzjoni tad-disposizzjoni sostantiva, jew ikunu intimament konnessi mat-tgawdija ta' dak id-dritt jew ta' dik il-liberta` partikolari.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tichad it-talbiet tar-rikorrenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni