Referenza: 2466/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/02/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
VELLA MARTHESE vs VELLA GEORGE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DAR MATRIMONJALI, DIVIZJONI TA` - MANTENIMENT, IL-KONJUGI JGORRU RESPONSABILITAJIET INDAQS - SEPARAZZJONI PERSONALI, DIVIZJONI TAD-DAR MATRIMONJALI - SEPARAZZJONI PERSONALI, IL-QORTI TRID TARA L-EPISODJI SALJENTI TAL-HAJJA KONJUGALI U MHUX INCIDENTI MINURI - SEPARAZZJONI PERSONALI, INGURJA GRAVI - ADDEBITU TA` ADULTERJU - SEPARAZZJONI PERSONALI, INKOMPATIBILITA` TA` KARATTRU - SEPARAZZJONI PERSONALI, META D-DAR MATRIMONJALI TKUN FUQ ISEM TA` WIEHED MILL-MIZZEWGIN IZDA TKUN THALLSET MILL-IEHOR - SEPARAZZJONI PERSONALI, SEVIZI - XEHHA
Fil-Qosor
Il-ligi tqieghed bhala motivi li jiggustifikaw l-azzjoni ghal separazzjoni personali l-episodji saljenti tal-hajja kkonjugali u mhux incidenti ta' importanza minuri.

L-ingurji gravi ma gewx specifikament dezinjati mid-duttrina, imma l-karattru generali taghhom gie dejjem imholli fis-sagacjau l-kuxjenza ta' l-Imhallef sabiex jivvalutahom. Allegazzjoni ta` adulterju tikkostitwixxi ingurjata' certa gravita` li tweggha l-qalb u tirrendi l-konvivenza komuni difficli.

Huwa assodat fil-gurisprudenza ta' dan il-Qrati illi meta wiehed mill-konjugi jakkuza, jallega, jew jaddebita relazzjonijiet extra- maritali, una volta imbaghad dawn ma jigux provati lanqas permezz ta' xi ndizji precizi u konkordanti, dan jikkostitwixxi ingurja gravi, li anke wahedha taghti lok ghas-separazzjoni.

Ghal dak li jirrigwarda theddid u vjolenzi l-ligi tikkontenta ruhha bil-persistenza f'certa mgieba hazina u mhux b'xi atti izolati waqt xi tilwima.

L-inkompatibilita` ta` karattru ma tikkostitwix motiv li jwassal ghas-separazzjoni personali, madanakollu tali inkompatibilita` trid tittiehed in konsiderazzjoni mill-Qorti fil-valutazzjoni tal-gravita` tal-kawzi li jiddeterminaw wahda mill-partijiet li titlob is-separazzjoni.

Ix-xehha tirrientra fost il-motiv ta' l-eccessi jew tas-sevizji.

Il-fatt li l-mara ma tahdimx ma jfissirx li din ma ghandhiex il-potenzjal li tahdem u tiggenera introjtu.

It-tibdil legislattiv filwaqt li rrikonoxxa l-avvanz tal-mara gab mieghu wkoll responsabilitajiet fuq il-mara mizzewga ferm aktar milli kellha qabel. Dawn ir-responsabilitajiet huma riflessi wkoll anke fejn jirrigwarda l-manteniment. Li jfisser li hi wkoll trid terfa' bhal zewgha r-responsabilita` ghal dak li jirrigwarda l-manteniment tal-familja.

Hawnhekkid-dar matrimonjali kienet inxtrat f'isem ir-ragel qabel iz-zwieg izda l-maggoranza tal-fondi gew zburzjati mill-mara u l-familjari taghha. Il-Qorti irriteniet li ma setghetx ma tqisx il-fatt illi l-akkwist ta' l-art sar anke fl-interess ta' l-attrici, li jidher li kienet hi li zborzat il-flus ghaliha. Huwa pacifiku fil-gurisprudenza taghna f'kazijiet konsimili illi "l-akkwist ta' immobbli fl-interess ta' haddiehor jiswa avvolja l-ftehim dwar dan l-akkwist bejn l-akkwirent u l-persuna l-ohra majkunx sar bil-miktub".

Skond il-Qrati taghna d-divizjoni ta' fond legalment hi possibbli billi, kif ragjonat, "la l-Qorti ghandha s-setgha li tkecci wiehed jew wahda mill-mizzewgin mid-dar konjugali kollha, hija legalment ghandha ukoll il-poter li tkecci minn parti maqsuma tad-dar".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni