Reference: 890/1998/2

Judgement Details


Date
10/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
SCHRANZ RICHARD vs MICALLEF BARTHOLOMEO SIVE BARTH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DEZERZJONI, FIL-GRAD TAL-APPELL - DEZERZJONI, IMPORTANZA TAN-NOTIFIKA - NOTIFIKA, MA HEMM L-EBDA OBBLIGU FUQ L-AMMINISTRAZZJONI TAL-QORTI LI TINFORMA LILL-APPELLANT DWAR IN-NUQQAS TA` NOTIFIKA TAR-RIKORS TAL-APPELL - NOTIFIKA, OBBLIGU TAL-PARTIJIET LI JSEGWU L-PROGRESS TA`
Summary
Ma jezisti ebda obbligu da parti ta' xi hadd li jinnotifika lill-appellant bin-nuqqas ta' notifika tar-rikors ta' l-appell u li kien obbligu tal-parti stess li ssegwi l-atti u l-progress taghhom u tirrimedja fi zmien utli. L-obbligu impost fuq il-marixxall hu biss li jaghmel ir-riferta fl-atti fit-termini ta' l-artikolu 188 tal-Kap 12. Kien id-dover tal-partijiet li jsegwu l-progess tan-notifikata' l-atti b`riferenza diretta ghall-process. U dan indipendentement minn kull avviz mahsub biex jassistihom f`dan ix-xoghol u li fuqu huma ma kellhomx jistriehu jew iserrhu rashom. Dan naturalmentma jfissirx illi l-ufficjali ta' din il-Qorti jistghu jkunu leggeri, kif kultant huma, in materja ta' notifika ta' riferti u anke ta' avvizi li huma diretti li jaghmlu bhala parti integrali mix-xoghol taghhom.

Fil-kaz ta' nuqqas ta' notifika tar-rikors ta' appell, tali "lettera d'avvizo" mahiex mehtiega skond il-ligi, fis-sens li hu l-appellant li ghandu jiehu l-izbriga li jsegwi l-atti uli jara, permezz tar-riferta li tkun saret skond il-ligi, jekk ir-rikors ikunx gie notifikat jew le.

Il-Kodici tal-Organizzazzjoni u l-Procedura Civili jipprovdi li l-avukat jigi informat b`riferta negattiva in sede appell biss fir-rigward tal-avviz ghas-smiegh fl-ewwel appuntament. Infattil-artikolu 152 s-sub inciz 2 jipprovdi illi dan l-avviz kellu jinghata b`citazzjoni. Jekk l-appellant ma jigix notifikat b`dan l-avviz ghas-smiegh, ir-registratur, kemm-il darba ma jkunx ezentat kifjinghad fis-sub-artikolu 1 ta' dak l-artikolu, kellu fi zmien ghaxart ijiem jinforma bil-miktub lill-avukat ta' dik il-parti li lilha l-avviz ma jkunx gie notifikat u l-avukat ghandu jiffirma fuq kopja li rcieva dik il-komunika.

Dak illi l-ligi tezigi fir-rigward tal-avviz tas-smiegh ma jirrizultax li tezigih fir-rigward tan-notifika tar-rikors tal-appell. Kif inghad il-ligi tipprezumi illi l-appellant jaghmel dak kollu li huwa mehtieg biex jassigura illi fi zmien statutorju preskritt mil-ligi, r-rikors tal-appell ikun gie debitament notifikat lill-appellant. Kien ghalhekk l-obbligutal-appellant li jsegwi n-notifka tr-rikors tal-appell tieghu lill-appellat biex jassigura li l-procedura bil-miktub tinghalaq fi zmien preskritt fil-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info