Reference: 87/1998/1

Judgement Details


Date
05/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VASSALLO CARMEN vs DIMECH ALFRED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ACCETTAZZJONI TA` KERA B`MOD INKONDIZZJONAT - LOKAZZJONI, INAZZJONI DA PARTI TA` SID IL-KERA LI JKUN JAF LI SARET SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, TIP TA` KUNSENS MEHTIEG TAHT IL-KAP. 69 SABIEX ISSIR SULLOKAZZJONI
Summary
Meta kirja tkun dahlet fil-fazi tar-rilokazzjoni l-kerrej ma jistax jissulloka minghajr il-kunsens espress ta' sid il-kera (Art 9(a) tal-Kap 69), u fil-fatt jinsab enuncjat illi l-ligi specjali tharesb'dizfavur lis-sullokazzjoni maghmula minghajr il-kunsens espress tas-sid.

Dan hu mehtieg fuq il-bazi tar-ragjonament tal-legittimita` tal-interess tas-sid li ma jhalliex lill-kerrej tieghu jispekula u jaghmel profitt minn fuq hwejgu. Huwa ghal dan l-iskop li l-ligi tinsisti ghall-kunsens espress tas-sid ghas-sullokazzjoni.

Oltre dan tista' tizdied l-osservazzjoni illi l-fatt li l-ligi trid espressament il-kunsens espress jeskludi l-kunsens tacitu.

Jinsab ritenut, imbaghad,illi "d-disposizzjoni tal-ligi (Art 9, Kap 109) li tikkommina d-dekadenza mid-dritt ta' l-inkwilinat kontra l-inkwilin li jissulloka l-fond minghajr permess tas-sid hija applikabbli anke meta s-sullokazzjoni issir biss ghal parti mill-fond, u mhux ghall-fond kollu.

Naturalment in materja ta'x'forma ghandu jirrivesti dan il-kunsens espress din tibqa' kwestjoni ta' fatt dipendenti mill-fattispeci tal-kaz. F'dan il-kuntest il-gurisprudenza toffri dawn il-gwidi:-

(a) Jekk il-lokaturikun jaf bis-sullokazzjoni jew trasferiment u b'danakollu jibqa' jircievi l-kera u jhalli l-lokazzjoni tiggedded huwa ghandu fic-cirkostanzi jitqies li jkun irrinunzja ghall-azzjoni li taghtih il-ligi.

(b) Gjaladarba l-kliem tal-ligi jsemmi kunsens espress allura kunsens tacitu jrid jirrizulta car u inekwivoku u minn fatti tant inspjegabbli b'mod iehor illi l-kunsens tacitu jkun in effettijekwivali ghal kunsens espress.

Dan kollu necessarjament ifisser illi biex jigi identifikatil-kunsens espress li trid il-ligi l-prova dwaru tista' tircevi sussidju mic-cirkostanzi. Evidentement, hu rikjest li dawn ic-cirkostanzi jigu sew mizurati u akkuratament evalwati.

Trid issirdistinzjoni bejn li wiehed jikkonsentixxi ghall-fatt li wiehed ikun jaf li sehh u li jakkweixxi ghall-fatti li setghu kienu indikattivi ta' dak li forsi gara.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info