Reference: 2262/1997/1

Judgement Details


Date
05/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ABELA EMMANUEL vs ABELA PAUL EET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATTI GUDIZZJARJI, KOPJI IRREGOLARI - AVVIZ QUDDIEM IL-QORTI TAL-MAGISTRATI, REKWIZITI FORMALI - AZJENDA KUMMERCJALI, DEFINIZZJONI TA` - KUNTRATT, X`INHU MEHTIEG BIEX TINBIDEL IN-NATURA LEGALI TA` - LOKAZZJONI, AZJENDA KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, BARE PREMISES - LOKAZZJONI, M`HI MEHTIEGA EBDA FORMALITA` GHALL-KONGEDO - NOVAZZJONI, ANIMUS NOVANDI IRID JIRRIZULTA B`MOD CAR - PROCEDURI CIVILI, ORDNI PUBBLIKU
Summary
Avviz fil-Qorti tal-Magistrati ghandu jkun fih l-isem u l-kunjom ta' l-attur u tal-konvenut, it-talba ta' l-attur, u l-jum u l-hin meta l-konvenut ghandu jidher.

Il-kopji ta' l-atti ghandhom ikunu awtentikati mir-Registratur li jkunu kopji veri ta' l-original.

Jekk tinghata kopja irregolari ta` att gudizzjarju l-parti li tirceviha ghandha l-jedd li titlob fi zmien jumejn mill-konsenja ta` l-ewwel kopja li tinghata kopja tajba. Kwalsijasi terminu jibda jiddekorri mid-data tal-konseja tat-tieni kopja.

Il-ligijiet godda ta' proceduri skond principji mhux kontrastati jidhlu ghall-applikazzjon immedjatament meta ma jkunx hemm disposizzjoni kontrarja.

Il-kongedo li jinghata minn sid il-kera lill-inkwilin ma jehtieg ebda formalita` u mhix mehtiega l-prova skritta. Fejnis-sid ma jaccettax il-kera dan ir-rifjut tieghu kien kongedo sufficjenti, jigifieri manifestazzjoni cara tal-volonta` u intenzjoni tal-attur li ma jkomplix jikri l-fond lill-konvenut.

Sabiexissir distinzjoni bejn kirja ta` immobbli u kirja ta` avvjament hi gurisprudenza pacifika dik li irriteniet illi wiehed irid jara x'kien fl-intendiment tal-kontraenti l-oggett veru u sostanzjali tal-kuntratt, jekk hux cioe il-bini fih innifsu bhala lokal inkella principalment l-azjenda kummercjali bhala tali gestita fih.

Il-gurisprudenza li nehhiet mill-protezzjoni tal-ligi specjali certi lokazzjonijiet jew cessjonijiet ta' azjendi kummercjali ma ghandhiex tigi estiza, u anzi ghandha tigiristretta ghal kazijiet genwini ta' veri azjendi kummercjali li naturalment maghhom ikun hemm l-accessorji taghhom.

Mhux kull meta ssir kirja ta' fond gja uzat bhala hanut, talvolta anke b'xighamara fih (per ez. xi bank jew vetrina) u b'xi licenzja tal-pulizija fuqu ghandu bilfors jinghad illi si tratta ta' twellija ta' azjenda kummercjali.

Ghalkemm ma huwiex forsi facli li tinstabdefinizzjoni ta' x'inhuma "avvjament" f'kuntest guridiku, b'referenza ghall-gurisprudenza, b'dana kollu din il-Qorti jidhrilha illi l-kuncett kummercjali tal-kelma huwa facli u ghandu jigi uzat Id-distinzjoni li jaghmel negozjant hija bejn li jibda huwa, negozju, f'hanut, f'fabbrika jew f'xi stabbiliment, u li huwa jkompli f'negozju ghaddej u miexi - jigifieri dak avvjat - f'hanut, f'fabbrika jew f'stabbiliment. L-espressjoni ingliza "a going concern" hija indikattiva ta' l-istess kuncett.

Il-qofol huwa dejjem li biex tapplika l-ligi ordinarja, l-kirja trid tkun ta' negozju avvjat umhux ta' hanut avvjat ghan-negozju li pero mhux avvjat fin-negozju.

Huwa desumibbli illi l-veru test huwa jekk fil-lokazzjoni taht konsiderazzjoni huwiex kompriz "a going concern".

L-animus novandi ma jistax jigi prezunt u l-intenzjoni ghandha tidher bic-car. Skond id-dottrina u l-gurisprudenza fid-dubbju, il-konkluzjoni ghandha tkun ghall-eskluzjoni tan-novazzjoni.

Biex in-natura legali tal-kuntratt jinbidel kien hemm allura bzonn ta' ftehim gdid bejn il-kontendenti wara l-iskadenza tal-ftehim legali prezunt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info