Referenza: 2261/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/03/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ABELA EMMANUEL vs ABELA PAUL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA - ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA RATIONAE VALORIS - KOMPETENZA RATIONAE VALORIS - KOMPETENZA, DIPENDENTI FUQ L-ATT PROMOTUR TAL-KAWZA - ZGUMBRAMENT, AZZJONI EZERCITATA MINN KOMPROPRJETARJU - ZGUMBRAMENT, AZZJONI EZERCITATA MINN UZUFRUTTWARJU - ZGUMBRAMENT, KIF GHANDU JIGI DETERMINAT IL-VALUR LOKATIZJU TA` FOND - ZGUMBRAMENT, KOMPETENZA RATIONAE VALORIS - ZGUMBRAMENT, VALUR LOKATIZJU TA` FOND MHUX DIPENDENTI FUQ TRATTATIVI PERSEGWITI BLA PREGUDIZZJU
Fil-Qosor
Il-kompetenza ma tigix radikata fl-astratt jew fuq l-aspettattiva ta' dak li talvolta seta' kien pretiz ghal futur izda mhux ukoll konkretizzat bi ftehim vinkolanti. Ma tezisti l-ebda gustifikazzjoniilli wiehed jibbaza eccezzjoni ta` inkompetenza rationae valoris f`kawza ta` zgumbrament fuq il-konsiderazzjoni tat-trattattivi, li jkunu saru bla pregudizzju, u li ma wasslu ghall-ebda negozju jew rabta guridika.

Hu l-att promotur kif intavolat, it-talbiet u l-premessi taghhom li jifformawil-parametri li fihom il-Qorti kellha tezercita l-gudizzju taghha, u li allura jiddeterminaw il-kompetenza taghha.

Ghalkemm talba ghall-izgumbrament ikollha bhala kawzali l-okkupazzjoni tal-fond minghajr titolu, u l-parti l-ohra tippretendi li ghandha dak it-titolu, l-Qorti jkollha tabilforstara l-valur lokatizju tal-fond kemm huwa.

Kull wiehed mill-komproprjetarji jista' jitlob l-izgumbrament ta' min ikun qieghed jokkupa l-fond minghajr titolu, anke minghajr il-kunsens u l-intervent tal-komproprjetarji l-ohra.

Uzufruttwarju ghandu certament id-dritt li jazzjona wahdu ghat-tehid lura tal-fond.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni